+Artikolu 22d 8.

Artikolu 22d 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi organizzati fuq bażi professjonali ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ żamma tar-rekords stabbiliti fil-paragrafu 9 u jkunu akkumpanjati tal-anqas mill-informazzjoni li ġejja:

(a) 

kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatat mal-bejgħ jew mat-trasferiment tas-sjieda ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn li tiddikjara li dawn ikunu destinati għall-użu mill-ġdid dirett u li huma tajbin għall-użu mill-ġdid dirett;

(b) 

evidenza ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni minn qabel jew valutazzjoni professjonali diretta bħala tajbin għall-użu mill-ġdid imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu u, fejn ikunu disponibbli, il-kriterji adottati skont l-Artikolu 6(2), fil-forma ta’ kopja tar-rekords dwar kull balla fil-konsenja u protokoll li jkun fih l-informazzjoni kollha tar-rekords skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

dikjarazzjoni magħmula mill-persuna fiżika jew ġuridika fil-pussess ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti jew ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li tirranġa, fuq bażi professjonali, it-trasport ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li l-ebda materjal fil-kunsinna ma jkun skart kif definit fl-Artikolu 3(1).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu protetti kif xieraq kontra l-ħsara matul it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, b’mod partikolari, permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u stivar xieraq tat-tagħbija, u b’hekk l-integrità u l-kwalità tat-tessuti għall-użu mill-ġdid jinżammu matul il-proċess tat-trasport.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.