+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha timmira għal livell għoli ta’ protezzjoni.

(2)

Il-Komunità hija mħassba biż-żieda fir-reati ambjentali u bl-effetti tagħhom, li qegħdin b’mod dejjem jiżdied jinfirxu lil hinn mill-fruntieri ta’ l-Istati li fihom huma mwettqa r-reati. Dawn ir-reati joħolqu theddida lill-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq.

(3)

L-esperjenza wriet li s-sistemi eżistenti ta’ pieni ma kienux suffiċjenti biex tinkiseb osservanza sħiħa tal-liġijiet għall-protezzjoni ta’ l-ambjent. Din l-osservanza tista’ u għandha tiġi msaħħa permezz tad-disponibbilita’ ta’ pieni kriminali, li jixhdu diżapprovazzjoni soċjali ta’ natura kwalitattiva differenti meta mqabbla ma’ pieni amministrattivi jew xi mekkaniżmu ta’ ħlas ta’ kompens skond il-liġi ċivili.

(4)

Ir-regoli komuni dwar ir-reati kriminali jippermettu li jintużaw metodi effettivi ta’ investigazzjoni u ta’ għajnuna fi ħdan u bejn l-Istati Membri.

(5)

Sabiex tinkiseb protezzjoni ta’ l-ambjent effettiva, hemm bzonn partikolari ta’ pieni aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew x’aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali lill-arja, inkluż l-istratosfera, lill-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew il-pjanti, inkluż lill-konservazzjoni ta’ l-ispeċi.

(6)

In-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu ġuridiku li tittieħed azzjoni jista’ jkollu l-istess effett bħal imġiba attiva u għalhekk għandu wkoll jiġi soġġett għal pieni korrispondenti.

(7)

Għaldaqstant, tali mġiba għandha titqies bħala reat kriminali fil-Komunità kollha meta titwettaq b’intenzjoni jew b’negliġenza serja.

(8)

Il-leġislazzjoni elenkata fl-Annessi għal din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal miżuri tal-liġi kriminali sabiex ikun żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent ikunu effettivi għal kollox.

(9)

L-obbligi ta’ din id-Direttiva jirrigwardaw biss id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni elenkata fl-Annessi għal din id-Direttiva li jinvolvu l-obbligu ta’ l-Istati Membri li, fl-implimentazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni, jipprovdu miżuri projbittivi.

(10)

Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jipprovdu pieni kriminali fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent. Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ pieni bħal dawn, jew kwalunkwe sistema disponibbli oħra ta’ l-infurzar tal-liġi, f’każijiet individwali.

(11)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal sistemi oħra ta’ responsabbiltà għal ħsara ambjentali skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi nazzjonali.

(12)

Peress li din id-Direttiva tipprevedi regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu miżuri aktar stretti dwar il-protezzjoni effettiva ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat.

(13)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex din tkun tista’ tevalwa l-effett ta’ din id-Direttiva.

(14)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata protezzjoni ta’ l-ambjent aktar effettiva, ma jistax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’, għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(15)

Kull meta tiġi adottata leġislazzjoni suċċessiva dwar kwistjonijiet ambjentali, din għandha tispeċifika fejn xieraq li din id-Direttiva tapplika. Fejn ikun meħtieġ, l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat.

(16)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji kif rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.12.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.