|
+Artikolu 3 1a. |
Artikolu 3 1a.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva fil-verżjoni fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2009 u b’mod partikolari l-kisba ta’ status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward tas-sustanzi u l-EQS elenkati fih, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I fir-rigward:
(i)
tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2021 permezz ta’ programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2015 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, u
(ii)
tas-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2018, bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2027 u tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istatus kimiku ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, sat-22 ta’ Diċembru 2018, jistabbilixxu u jippreżentaw lill-Kummissjoni programm ta’ monitoraġġ supplementari u programm preliminari ta’ miżuri li jkopru dawk is-sustanzi. Programm finali ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi stabbilit sat-22 ta’ Diċembru 2021 u għandu jiġi implimentat u jsir kompletament operazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data u mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2024;
(iii)
is-sustanzi bin-numri 5, 9, 13, 15, 17, 21, 23, 24, 28, 30, 34, 37, 41 u 43 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2027, bl-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2033 u jiġi evitat deterjorament tal-istatus kimiku tal-mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi permezz ta' programmi ta' miżuri inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2027 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE;
(iv)
is-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 46 sa 70 fil-Parti A tal-Anness I, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2027, bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2039 u jiġi evitat deterjorament tal-istatus kimiku ta' mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi; għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm supplimentari ta' monitoraġġ sat-22 ta' Diċembru 2027, programm preliminari ta' miżuri li jkopru dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2030; , programm finali ta' miżuri, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, għandu jiġi inkluż fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2033 prodott f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta' dik id-Direttiva. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (i) u (ii), tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu wkoll japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (iii) u (iv) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-estensjonijiet ta' żmien previsti fl-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom ikunu limitati għal massimu ta' aġġornament ieħor tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara għajr f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali jkunu tali li l-objettivi ma jkunux jistgħu jintlaħqu fil-perjodu ta' dak il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|