|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-rieżamijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-perjodu ta' referenza għall-istabbiliment tal-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta' qabel is-sena li fiha għandhom jitlestew ir-rieżamijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. Bħala parti minn dawk l-aġġornamenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet minn sors lokalizzat fl-ilma li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2024/1244 jew li huma taħt il-limiti ta' rapportar annwali stabbiliti f'dak ir-Regolament, kif ukoll l-emissjonijiet ta' kontaminanti minn sorsi diffużi kif definit f il-punt (12) tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, għall-ilma, jiġu rrapportati wkoll b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni, sabiex ikunu disponibbli fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit b'dak ir-Regolament, mill-inqas kull sitt snin, u aggregati fil-livell ta' kull distrett ta' baċin tax-xmara jew parti minnu fit-territorju ta' Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għar-rappurtar imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva. Meta tistabbilixxi dak l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita, fejn ikun meħtieġ, mill-EEA. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|