+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u ta' data oħra disponibbli, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju tal-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf tas-sustanzi prijoritarji kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta' din id-Direttiva u għas-sustanzi kollha identifikati mill-Istat Membru bħala kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara għal kull distrett ta' baċin ta' xmara jew parti minn distrett ta' baċin ta' xmara fit-territorju tagħhom. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf irrappurtati lill-Kummissjoni b'mod elettroniku, fuq bażi annwali, lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-rieżamijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-perjodu ta' referenza għall-istabbiliment tal-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta' qabel is-sena li fiha għandhom jitlestew ir-rieżamijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE. Bħala parti minn dawk l-aġġornamenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet minn sors lokalizzat fl-ilma li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2024/1244 jew li huma taħt il-limiti ta' rapportar annwali stabbiliti f'dak ir-Regolament, kif ukoll l-emissjonijiet ta' kontaminanti minn sorsi diffużi kif definit f il-punt (12) tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, għall-ilma, jiġu rrapportati wkoll b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni, sabiex ikunu disponibbli fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit b'dak ir-Regolament, mill-inqas kull sitt snin, u aggregati fil-livell ta' kull distrett ta' baċin tax-xmara jew parti minnu fit-territorju ta' Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għar-rappurtar imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva. Meta tistabbilixxi dak l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita, fejn ikun meħtieġ, mill-EEA.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE jinkludu referenza ċara jew weblink għall-informazzjoni kollha dwar emissjonijiet fl-ilma magħmula disponibbli fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|