+Artikolu 7a Koordinazzjoni
---+Artikolu 7a 1.
---+Artikolu 7a 2.
---+Artikolu 7a 3.

Artikolu 7a Koordinazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7a 1.
Għal sustanzi prijoritarji li għalihom japplikaw id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), ir-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 ( 5 ) jew (KE) Nru 1107/2009 ( 6 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2009/128/KE ( 7 ) jew 2010/75/UE ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew ir-Regolamenti (UE) Nru 528/2012 ( 9 ) jew (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tad-data ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, u bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18(1) ta' dik id-Direttiva, tevalwa jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-għan tal-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tar-rilaxxi, tal-emissjonijiet u tat-telf ta' sustanzi perikolużi prijoritarji skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
Artikolu 7a 2.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mat-tabella stabbilita fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi kwalunkwe proposti xierqa inkluż għal miżuri ta’ kontroll.
Artikolu 7a 3.
Meta r-riżultati tar-rapport juru li jistgħu jkunu neċessarji miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istat Membru sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE rigward sustanza partikolari approvata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew ir-Regolament (UE) Nr 528/2012, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom japplikaw kif adegwat l-Artikoli 21 jew 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew l-Artikoli 15 jew 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kif xieraq, għal dik is-sustanza, jew prodotti li fihom dik is-sustanza.

Fil-każ ta’ sustanzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha tibda, fejn xieraq, il-proċedura msemmija fl-Artikoli 59, 61 jew 69 ta’ dak ir-Regolament.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw kwalunkwe valutazzjonijiet ta’ riskju u analiżi soċjoekonomika jew tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju meħtieġa taħt dawk ir-Regolamenti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ alternattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.