Għal sustanzi prijoritarji li għalihom japplikaw id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), ir-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 (
5
) jew (KE) Nru 1107/2009 (
6
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2009/128/KE (
7
) jew 2010/75/UE (
8
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew ir-Regolamenti (UE) Nru 528/2012 (
9
) jew (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
), il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tad-data ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, u bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18(1) ta' dik id-Direttiva, tevalwa jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-għan tal-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tar-rilaxxi, tal-emissjonijiet u tat-telf ta' sustanzi perikolużi prijoritarji skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.