+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tistabbilixxi standards ta' kwalità għall-PFAS Totali fl-ilmijiet tal-wiċċ fir-rieżami li jmiss tal-Anness I ta' din id-Direttiva li għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE u jkollha l-għan li tikkomplementa l-gwida dwar il-monitoraġġ tal-PFAS Totali fl-ilma tajjeb għax-xorb, żviluppata f'konformità mal-Artikolu 13(7) tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), biex tagħmilha applikabbli għall-monitoraġġ tal-PFAS Totali fl-ilmijiet tal-wiċċ. L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw diġà dik il-gwida biex jimmonitorjaw il-PFAS Totali fl-ilmijiet tal-wiċċ u jirrapportaw id-data f'konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE. Meta tqis it-tossiċità, il-persistenza u l-prevalenza tal-aċidu trifluworoaċetiku (TFA) fl-ambjent, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta' standard ta' kwalità għat-TFA separatament fl-Anness I ta' din id-Direttiva fir-rieżami li jmiss.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Fl-Anness III ta’ din id-Direttiva huma inklużi l-parametru ‘Għadd totali ta' Bisfenoli’ u l-parametri għall-għadd totali ta' pestiċidi magħżula skont il-mod ta' azzjoni u l-farmaċewtiċi magħżula skont il-mod ta' azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-inklużjoni possibbli ta' dawn il-parametri fil-lista ta' sustanzi prijoritarji fir-rieżami li jmiss tagħha tal-Anness I għal din id-Direttiva li għandha titwettaq skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, u tistabbilixxi EQS kif xieraq. Fir-rieżami li jmiss, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk jistax jittieħed approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-istabbiliment ta' EQS għall-għadd totali ta' bisfenoli, l-għadd totali ta' pestiċidi u għall-għadd totali ta' farmaċewtiċi fl-ilma tal-wiċċ, appoġġat minn metodi ta' monitoraġġ xierqa.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 9a, biex temenda l-Parti B tal-Anness II sabiex tadattah għall-progress tekniku u xjentifiku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|