+Artikolu 8b 1.
|
Artikolu 8b 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) f'konformità mal-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, lista ta' sorveljanza tas-sustanzi li għalihom huwa meħtieġ li tinġabar data ta' monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri sabiex jiġu appoġġati rieżamijiet futuri f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u li jiġu stabbiliti l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rappurtar tar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ u ta' informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-lista ta' sorveljanza għandu jkun fiha massimu ta' 10 sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi ta' tniġġis fi kwalunkwe ħin u għandha tindika l-matriċijiet ta' monitoraġġ u l-metodi possibbli ta' analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet ta' monitoraġġ u metodi ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data ta' monitoraġġ hija insuffiċjenti. Il-lista ta' sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta' tħassib emerġenti. Abbażi tar-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA f'konformità mal-paragrafu 1a, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-mikroplastiċi u indikaturi adatti għall-preżenza, l-evoluzzjoni jew it-trażmissjoni ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi (‘indikaturi ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi’) f'lista ta' sorveljanza, dment li jkunu disponibbli metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi affidabbli u li ma jinvolvux kostijiet eċċessivi. Sal-1 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tidentifika tali metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|