+Artikolu 13 Programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Kull trasportatur ta’ l-ajru għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru.

Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur ta’ l-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi kemm ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istat Membru li minnu jkun jipprovdi s-servizzi.

Il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet interni ta’ kontroll tal-kwalità li jiddeskrivu kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mit-trasportatur ta’ l-ajru.

Artikolu 13 2.
Fuq talba, il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti, li tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fejn ikun xieraq.
Artikolu 13 3.

Fejn programm tas-sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru tal-Komunità jkun ingħata validità mill-awtorità xierqa ta’ l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja operattiva, it-trasportatur ta’ l-ajru għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra kollha bħala li ssodisfa ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stat Membru li jitlob mingħand kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru dettalji dwar l-implimentazzjoni minnu:

(a) 

tal-miżuri ta’ sigurtà applikati minn dak l-Istat Membru taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6; u/jew

(b) 

tal-proċeduri lokali li huma applikabbli fl-ajruporti li huwa jservi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0300
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.