+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.

Artikolu 5

Il-kondizzjonijiet finanzjarji għall-għoti ta' liċenzja operattiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tivvaluta akkuratament jekk impriża li qiegħda tapplika għall-ewwel darba għal-liċenzja operattiva tistax turi li:

(a) 

hija tkun tista' tonora f'kull ħin l-obbligi tagħha attwali jew potenzjali, stabbiliti taħt suppożizzjonijiet realistiċi, għal perijodu ta' 24 xahar mill-bidu ta' l-operat; u

(b) 

hija tkun tista’ tkopri l-ispejjeż tagħha kemm dawk fissi u dawk operattivi li jirriżultaw minn operazzjonijiet b’ mod konformi mal-pjan azjendali tagħha u stabbiliti taħt suppożizzjonijiet realistiċi, għal perijodu ta' tliet xhur mill-bidu ta' l-operat, mingħajr ma jitqies kwalunkwe dħul mill-operat tagħha.

Artikolu 5 2.
Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kull applikant għandu jippreżenta pjan azjendali għal, mill-inqas, l-ewwel tliet snin ta' operazzjoni. Il-pjan azjendali għandu wkoll jagħti dettalji dwar ir-rabtiet fiananzjarji ta' l-applikant ma' kwalunkwe attività kummerċjali oħra li l-applikant ikun jagħmel jew direttament jew permezz ta' impriżi relatati. L-applikant għandu wkoll jipprovdi kull informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari d-data msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I.
Artikolu 5 3.

Il-Paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal impriża li tkun qed tapplika għal liċenzja operattiva maħsuba biex tkopri operat b'inġenji ta' l-ajru ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi ta' Maximum Take Off Mass (MTOM) u/jew anqas minn 20 post. Dawn l-impriżi għandhom juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas EUR 100 000 jew jagħtu, meta mitluba mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari d-data msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I.

L-awtorita’ kompetenti tal-liċenzji tista' minkejja dan tapplika l-paragrafi 1 u 2 għal impriża li tapplika għal liċenzja operattiva taħt id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu ta' qabel li jkollha l-ħsieb li topera servizzi skedati bl-ajru skedati jew li l-fatturat tagħha jeċċedi EUR 3 miljun kull sena.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.