Il-Paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal impriża li tkun qed tapplika għal liċenzja operattiva maħsuba biex tkopri operat b'inġenji ta' l-ajru ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi ta' Maximum Take Off Mass (MTOM) u/jew anqas minn 20 post. Dawn l-impriżi għandhom juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas EUR 100 000 jew jagħtu, meta mitluba mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari d-data msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I.
L-awtorita’ kompetenti tal-liċenzji tista' minkejja dan tapplika l-paragrafi 1 u 2 għal impriża li tapplika għal liċenzja operattiva taħt id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu ta' qabel li jkollha l-ħsieb li topera servizzi skedati bl-ajru skedati jew li l-fatturat tagħha jeċċedi EUR 3 miljun kull sena.