+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 12.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali għall-obbligi ta' servizz pubbliku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Stat Membru, wara konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri l-oħra konċernati u wara li jkun informa lill-Kummissjoni, lill-ajruporti konċernati u lit-trasportaturi ta' l-ajru li joperaw fuq ir-rotta, jista’ jimponi obbligu ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn ajruport fil-Komunità u ajruport li jservi reġjun periferiku jew ta' żvilupp fit-territorju tiegħu jew fuq rotta b'densità ta' traffiku baxxa lejn kwalunkwe ajruport fit-territorju tiegħu meta dik ir-rotta tkun meqjusa vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun li l-ajruport iservi. Dik l-obligazzjoni tista' biss tiġi imposta sal-limitu meħtieġ biex ikun żgurat fuq dik ir-rotta l-għoti minimu ta' servizzi ta' l-ajru skedati li jkunu jissodisfaw l-istandards stabbiliti ta' kontinwità, regolarità, prezz jew kapaċità minima, li t-trasportaturi ta' l-ajru ma jassumux kieku jqisu biss l-interess kummerċjali tagħhom.

L-istandards fissi imposti fuq ir-rotta suġġetta għal dak l-obbligu ta' servizz pubbliku għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju.

Artikolu 16 2.
Fil-każi meta forom oħra ta' trasport ma jistgħux jiżguraw servizz mhux interrott b'mill-inqas żewġ frekwenzi kuljum, l-Istati Membri konċernati jistgħu jinkludu fl-obbligu ta' servizz pubbliku r-rekwiżit li kull trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li jkollu l-ħsieb li jopera r-rotta jagħti garanzija li jopera r-rotta għal ċertu perijodu, li għandu jkun speċifikat, skond it-termini l-oħra ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku.
Artikolu 16 3.

Il-ħtieġa u l-adekwatezza ta' obbligu ta' servizz pubbliku li jkun qed jiġi kkunsidrat għandhom jiġu evalwati mill-Istati Membri filwaqt li jitqiesu:

(a) 

il-proporzjonalità bejn l-obbligu li jkun qed jiġi kkunsidrat u l-ħtiġijiet ta' żvilupp ekonomiku tar-reġjunkonċernat;

(b) 

il-possibbiltà, li jkun hemm aċċess għal mezzi oħra tat-trasport u kapaċità ta' dawk il-mezzi li jissodisfaw l-ħtiġijiet tat-trasport li jkunu qed jiġu kkunsidrati, partikolarment meta servizzi eżistenti tal-ferrovija jservu r-rotta li tkun qed tiġi kkunsidrata b'ħin ta' l-ivvjaġġar ta' inqas minn tliet sigħat u bi frekwenzi, konnessjonijiet suffiċjenti u ħinijiet xierqa;

(ċ) 

in-nollijiet ta' l-ajru u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu kkwotati lill-utenti;

(d) 

l-effett konġunt tat-trasportaturi ta' l-ajru kollha li joperaw jew li jkollhom il-ħsieb li joperaw fuq ir-rotta.

Artikolu 16 4.

Meta Stat Membru jkun jixtieq jimponi obbligu ta' servizz pubbliku, għandu jikkomunika t-test ta' l-impożizzjoni ta' obbligu ta' servizz pubbliku li tkun qed tiġi kkunsidrata lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra konċernati, lill-ajruporti konċernati u lit-trasportaturi ta' l-ajru li joperaw ir-rotta in kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż ta' informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea:

(a) 

li jidentifika ż-żewġ ajruporti konnessi mir-rotta konċernata u punt(i) ta' waqfien intermedji possibbli,

(b) 

isemmi d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku; u

(ċ) 

jindika l-indirizz komplut fejn it-test u kull informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta ma' l-obbligu ta' servizz pubbliku għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 16 5.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, fir-rigward tar-rotot fejn in-numru ta' passiġġeri li mistennija jużaw is-servizz ta' l-ajru jkun anqas minn 10 000 fis-sena, l-avviż ta' informazzjoni dwar obbligu ta' servizz pubbliku għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jew fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat.
Artikolu 16 6.
Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' obbligu ta' servizz pubbliku m'għandhiex tkun aktar kmieni mid-data tal-pubblikazzjoni l-avviż ta' informazzjoni imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
Artikolu 16 7.
Meta jkun ġie impost obbligu ta' servizz pubbliku skond il-paragrafi 1 u 2, it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju għandu jkun kapaċi joffri bejgħ ta' postijiet biss sakemm is-servizz ta' l-ajru in kwistjoni jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku. Konsegwentement dak is-servizz bl-ajru għandu jitqies bħala servizz ta' l-ajru skedat.
Artikolu 16 8.
Meta obbligu ta' servizz pubbliku jkun ġie impost skond il-paragrafi 1 u 2, kwalunkwe trasportatur ta' l-arju Komunitarju ieħor għandu fi kwalunkwe ħin ikun permess jibda servizzi ta' l-ajru skedati li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku, inkluż il-perijodu ta' operazzjoni li jista’ jkun meħtieġ skond il-paragrafu 2.
Artikolu 16 9.

Minkejja l-paragrafu 8, jekk ebda trasportatur ta' l-ajru Komunitarju ma jkun beda jew ma ikun jista’ juri li huwa se jibda servizzi ta' l-ajru skedati sostenibbli fuq xi rotta skond l-obbligu ta' servizz pubbliku li jkun ġie impost fuq dik ir-rotta, l-Istat Membru konċernat jista’ jillimita l-aċċess għas-servizzi bl-ajru skedati fuq dik ir-rotta għal trasportatur ta' l-ajru Komunitarju wieħed biss, għal perijodu sa erba' snin, u wara dan il-perijodu għandu jkun hemm reviżjoni tas-sitwazzjoni.

Dan il-perijodu jista’ jkun sa ħames snin jekk l-obbligu ta' servizz pubbliku ikun impost fuq rotta lejn ajruport li jaqdi wieħed mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod, kif jingħad fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Artikolu 16 10.
Il-jedd li jiġu operati dawk is-servizzi msemmija fil-paragrafu 9 għandu jiġi offrut permezz ta' offerta pubblika skond l-Artikolu 17, għal rotta waħda jew, f'każi fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' effiċjenza operattiva, għal grupp ta' rotot bħal dawn, lil kwalunkwe trasportatur ta' l-ajru Komunitarju li jkun intitolat li jopera tali servizzi bl-ajru. Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva, Stat Membru jista’ joħroġ sejħa għall-offerti waħda li tkopri rotot differenti.
Artikolu 16 11.
Obbligu ta' servizz pubbliku għandu jitqies li skada jekk l-ebda servizz bl-ajru skedat ma jiġi operat tul perijodu ta' tnax-il xahar fuq ir-rotta suġġetta għal tali obbligu.
Artikolu 16 12.

Fil-każ ta' interruzzjoni għall-għarrieda tas-servizz mit-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju magħżul skond l-Artikolu 17, l-Istat Membru konċernat jista’, f'każ ta' emerġenza, jagħżel bi ftehim reċiproku trasportatur ta' l-ajru Komunitarju differenti biex jopera l-obbligu ta' servizz pubbliku għal perijodu sa seba’ xhur, li ma jistax jiġġedded, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe kumpens imħallas mill-Istat Membru għandu jsir b'mod konformi ma' l-Artikolu 17(8);

(b) 

l-għażla għandha ssir minn fost it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji b'mod konformi mal-prinċipji tat-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni;

(ċ) 

għandha ssir sejħa ġdida għall-offerti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien dwar il-proċedura ta' emerġenza u r-raġunijiet għaliha. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tissospendi il-proċedura jekk wara l-valutazzjoni tagħha tqis li din ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu jew tkun b'xi mod ieħor kuntrarja għal-liġi Komunitarja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.