+Artikolu 7 Trasparenza
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 Trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull darba li jsiru l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport jipprovdi lil kull utent tal-ajruport, jew lir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport b’informazzjoni dwar il-komponenti li jkunu l-bażi li fuqha jiġu ddeterminati s-sistema jew il-livell tal-imposti kollha applikati f’kull ajruport mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport. L-informazzjoni għandha tinkludi għall-anqas:
(a)
lista tal-bosta servizzi u infrastruttura provduti b’kumpens għall-imposta tal-ajruport applikata;
(b)
il-metodoloġija użata sabiex jiġu stabbiliti l-imposti tal-ajruport;
(ċ)
l-istruttura ġenerali tal-ispejjeż fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport;
(d)
id-dħul mill-imposti differenti u l-ispiża totali tas-servizzi li dawn ikopru;
(e)
kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport;
(f)
previżjonijiet tas-sitwazzjoni fl-ajruport fir-rigward tal-imposti, taż-żieda fit-traffiku u tal-investimenti proposti;
(g)
l-użu attwali tal-infrastruttura u t-tagħmir tal-ajruport matul perijodu speċifiku; u
(h)
ir-riżultat previst ta’ kwalunkwe investimenti kbar proposti f’termini tal-effetti tagħhom fuq il-kapaċità ta’ ajruport.
|
|
Artikolu 7 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tal-ajruporti jippreżentaw informazzjoni lill-korp tat-tmexxija tal-ajruport qabel kull konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(1), partikolarment dwar:
(a)
previżjonijiet dwar it-traffiku;
(b)
previżjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-użu maħsub tal-flotta tagħhom;
(ċ)
il-proġetti ta’ żvilupp tagħhom fl-ajruport konċernat; u
(d)
ir-rekwiżiti tagħhom fl-ajruport konċernat.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Suġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-informazzjoni pprovduta abbażi ta’ dan l-Artikolu għandha titqies bħala kunfidenzjali jew ekonomikament sensittiva u ttrattata f’dan is-sens. Fil-każ ta’ korpi ta’ tmexxija ta’ ajruport li jkunu kkwotati fil-borża, għandu jkun hemm konformità b’mod partikolari mar-regolamenti tal-borża.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0012
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|