|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull darba li jsiru l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport jipprovdi lil kull utent tal-ajruport, jew lir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport b’informazzjoni dwar il-komponenti li jkunu l-bażi li fuqha jiġu ddeterminati s-sistema jew il-livell tal-imposti kollha applikati f’kull ajruport mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport. L-informazzjoni għandha tinkludi għall-anqas:
(a)
lista tal-bosta servizzi u infrastruttura provduti b’kumpens għall-imposta tal-ajruport applikata;
(b)
il-metodoloġija użata sabiex jiġu stabbiliti l-imposti tal-ajruport;
(ċ)
l-istruttura ġenerali tal-ispejjeż fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport;
(d)
id-dħul mill-imposti differenti u l-ispiża totali tas-servizzi li dawn ikopru;
(e)
kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport;
(f)
previżjonijiet tas-sitwazzjoni fl-ajruport fir-rigward tal-imposti, taż-żieda fit-traffiku u tal-investimenti proposti;
(g)
l-użu attwali tal-infrastruttura u t-tagħmir tal-ajruport matul perijodu speċifiku; u
(h)
ir-riżultat previst ta’ kwalunkwe investimenti kbar proposti f’termini tal-effetti tagħhom fuq il-kapaċità ta’ ajruport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|