+KAPITOLU 3 IL-PERMESSI GĦALL-ĦŻIN
---+Artikolu 6 Il-permessi għall-ħżin
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
---+Artikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin
---+Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ħżin
---+Artikolu 9 Il-kontenut tal-permessi għall-ħżin
---+Artikolu 10 Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.

KAPITOLU 3 IL-PERMESSI GĦALL-ĦŻIN

KAPITOLU 3 IL-PERMESSI GĦALL-ĦŻIN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 Il-permessi għall-ħżin

Artikolu 6

Il-permessi għall-ħżin

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda sit tal-ħżin ma jiġi operat mingħajr permess għall-ħżin li għandu jkun hemm operatur wieħed biss għal kull sit tal-ħżin, u li l-ebda użu konfliġġenti ma jkun permess fuq is-sit.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u trasparenti.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata prijorità lill-għoti ta’ permessi għall-ħżin għal sit partikolari lid-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għal dak is-sit, dment li l-esplorazzjoni ta’ dak is-sit tkun tlestiet, li kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fil-permess għall-esplorazzjoni tkun ġiet osservata, u li l-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin issir matul il-perjodu ta’ validità tal-permess għall-esplorazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġi permess l-ebda użu konfliġġenti tal-kumpless matul il-proċedura tal-permess.

Artikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

Artikolu 7

L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(1) l-isem u l-indirizz tal-operatur potenzjali;

(2) prova tal-kompetenza teknika tal-operatur potenzjali;

(3) il-karatterizzazzjoni tas-sit u tal-kumpless tal-ħżin u valutazzjoni tas-sikurezza mistennija tal-ħżin taħt l-Artikolu 4(3) u (4);

(4) il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, u l-metodi tat-trasport il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 ir-rati u l-pressjonijiet tal-injezzjoni, u l-post fejn hemm il-faċilitajiet tal-injezzjoni;

(5) deskrizzjoni tal-miżuri biex jiġu evitati irregolaritajiet sinifikanti;

(6) pjan ta’ monitoraġġ propost taħt l-Artikolu 13(2);

(7) pjan ta’ miżuri korrettivi propost taħt l-Artikolu 16(2);

(8) pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq propost taħt l-Artikolu 17(3);

(9) it-tagħrif ipprovdut taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/337/KEE;

(10) prova li l-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19 ser tkun valida u effettiva qabel tinbeda l-injezzjoni.

Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-ħżin biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(1) l-awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-applikazzjoni ppreżentata taħt l-Artikolu 7 u ta’ kwalunkwe tagħrif ieħpr relevanti, tkun sodisfatta li:

(a) ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ din id-Direttiva u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti oħra jkunu ntlaħqu;

(b) l-operatur ikun f’qagħda finanzjarja soda u teknikament kompetenti u affidabbli biex jopera u jikkontrolla s-sit; u li jkun provdut l-iżvilupp u t-taħriġ professjonali u tekniku tal-operatur u tal-istaff kollu;

(c) fil-każ ta’ aktar minn sit wieħed tal-ħżin fl-istess unita idrawlika, l-interazzjonijiet tal-pressjoni potenzjali jkunu tali li ż-żewġ siti jkunu jistgħu simultanjament jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(2) l-awtorità kompetenti tkun ikkunsidrat kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-permess li jinħareġ taħt l-Artikolu 10.

Artikolu 9 Il-kontenut tal-permessi għall-ħżin

Artikolu 9

Il-kontenut tal-permessi għall-ħżin

Il-permess għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(1) l-isem u l-indirizz tal-operatur;

(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin, u tagħrif dwar l-unita idrawlika;

(3) ir-rekwiżiti għall-operazzjoni tal-ħżin il-kwantità totali ta’ CO2 awtorizzata li tiġi maħżuna ġeoloġikament, il-limiti tal-pressjoni tal-ġibjun, u r-rati u l-pressjonijiet massimi ta’ injezzjoni;

(4) ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 taħt l-Artikolu 12, u, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti oħra għall-injezzjoni u l-ħżin partikolarment biex ma jitħallewx isiru irregolaritajiet sinifikanti;

(5) il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan u r-rekwiżiti għall-aġġornament tiegħu taħt l-Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rappurtaġġ taħt l-Artikolu 14;

(6) ir-rekwiżit li tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-pjan ta’ miżuri korrettivi approvat u l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan ta’ miżuri korrettivi fil-każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti taħt l-Artikolu 16;

(7) il-kundizzjonijiet għall-għeluq u l-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq approvat imsemmi fl-Artikolu 17;

(8) dispożizzjonijiet dwar bidliet, reviżjoni, aġġornament u irtirar tal-permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11;

(9) ir-rekwiżit li tiġi stabbilita u miżmuma l-garanzija finanzjarja jew kwalunkwe ekwivalenti ieħor taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 10 Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin

Artikolu 10

Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-applikazzjonijiet għall-permess disponibbli għall-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jkunu rċevewhom. Huma għandhom ukoll jagħmlu disponibbli materjal relatat ieħor li għandu jiġi meqjus mill-awtorità kompetenti meta din tkun ser tieħu deċiżjoni dwar l-għoti ta’ permess għall-ħżin. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, u bi kwalunkwe materjal ieħor meqjus meta jiġi adottat l-abbozz tad-deċiżjoni. Fi żmien erba’ xhur wara li tirċievi l-abbozz ta’ permess għall-ħżin, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwarha. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-permess u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Kummissjoni, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha fejn tkun differenti mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 11 Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin

Artikolu 11

Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin

1.  L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet ippjanati fl-operazzjoni tas-sit tal-ħżin, inkluż tibdil li jikkonċerna l-operatur. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess għall-ħżin jew il-kundizzjonijiet tal-permess.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr il-ħruġ ta’ permess għall-ħżin ġdid jew aġġornat konformement ma’ din id-Direttiva. L-ewwel inċiż tal-punt 13 tal-Anness II tad-Direttiva 85/337/KEE għandu japplika f’każijiet bħal dawn.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi u fejn meħtieġ taġġorna jew, jekk ma jistax isir mod ieħor, tirtira l-permess għall-ħżin:

(a) jekk tkun ġiet innotifikata jew tinġibdilha l-attenzjoni bi tnixxijiet jew kwalunkwe irregolarità sinifikanti taħt l-Artikolu 16(1);

(b) jekk ir-rapporti preżentati taħt l-Artikolu 14 jew l-ispezzjonijiet ambjentali mwettqa taħt l-Artikolu 15 juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew riskji ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti;

(c) jekk tkun konxja minn kwalunkwe nuqqas ieħor mill-operatur li jilħaq il-kundizzjonijiet tal-permess;

(d) jekk jidher li dan huwa neċessarju abbażi tal-aktar sejbiet xjentifiċi u progress teknoloġiku reċenti; jew

(e) mingħajr preġudizzju għall-punti (a) sa (d), ħames snin wara l-ħruġ tal-permess u mbagħad kull għaxar snin.

4.  Wara li jiġi rtirat permess taħt il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin konformement mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha temporanjament twettaq l-obbligi legali kollha relatati mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li l-injezzjonijiet tas-CO2, il-monitoraġġ u l-miżuri korrettivi ma jitwaqqfux konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, iċ-ċediment tal-kwoti f’każijiet ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti anke billi tagħmel użu mill-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 19. Fil-każ tal-għeluq tas-sit tal-ħżin taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), għandu japplika l-Artikolu 17(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.