|
+Artikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin |
Artikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżinArtikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu mill-inqas it-tagħrif li ġej: (1) l-isem u l-indirizz tal-operatur potenzjali; (2) prova tal-kompetenza teknika tal-operatur potenzjali; (3) il-karatterizzazzjoni tas-sit u tal-kumpless tal-ħżin u valutazzjoni tas-sikurezza mistennija tal-ħżin taħt l-Artikolu 4(3) u (4); (4) il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, u l-metodi tat-trasport il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 ir-rati u l-pressjonijiet tal-injezzjoni, u l-post fejn hemm il-faċilitajiet tal-injezzjoni; (5) deskrizzjoni tal-miżuri biex jiġu evitati irregolaritajiet sinifikanti; (6) pjan ta’ monitoraġġ propost taħt l-Artikolu 13(2); (7) pjan ta’ miżuri korrettivi propost taħt l-Artikolu 16(2); (8) pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq propost taħt l-Artikolu 17(3); (9) it-tagħrif ipprovdut taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/337/KEE; (10) prova li l-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19 ser tkun valida u effettiva qabel tinbeda l-injezzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|