|
+Artikolu 11 Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. ---+Article 11 4. |
Artikolu 11 Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżinArtikolu 11 Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin 1. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet ippjanati fl-operazzjoni tas-sit tal-ħżin, inkluż tibdil li jikkonċerna l-operatur. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess għall-ħżin jew il-kundizzjonijiet tal-permess. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr il-ħruġ ta’ permess għall-ħżin ġdid jew aġġornat konformement ma’ din id-Direttiva. L-ewwel inċiż tal-punt 13 tal-Anness II tad-Direttiva 85/337/KEE għandu japplika f’każijiet bħal dawn. 3. L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi u fejn meħtieġ taġġorna jew, jekk ma jistax isir mod ieħor, tirtira l-permess għall-ħżin: (a) jekk tkun ġiet innotifikata jew tinġibdilha l-attenzjoni bi tnixxijiet jew kwalunkwe irregolarità sinifikanti taħt l-Artikolu 16(1); (b) jekk ir-rapporti preżentati taħt l-Artikolu 14 jew l-ispezzjonijiet ambjentali mwettqa taħt l-Artikolu 15 juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew riskji ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti; (c) jekk tkun konxja minn kwalunkwe nuqqas ieħor mill-operatur li jilħaq il-kundizzjonijiet tal-permess; (d) jekk jidher li dan huwa neċessarju abbażi tal-aktar sejbiet xjentifiċi u progress teknoloġiku reċenti; jew (e) mingħajr preġudizzju għall-punti (a) sa (d), ħames snin wara l-ħruġ tal-permess u mbagħad kull għaxar snin. 4. Wara li jiġi rtirat permess taħt il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin konformement mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha temporanjament twettaq l-obbligi legali kollha relatati mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li l-injezzjonijiet tas-CO2, il-monitoraġġ u l-miżuri korrettivi ma jitwaqqfux konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, iċ-ċediment tal-kwoti f’każijiet ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti anke billi tagħmel użu mill-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 19. Fil-każ tal-għeluq tas-sit tal-ħżin taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), għandu japplika l-Artikolu 17(4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|