+KAPITOLU 5 L-AĊĊESS TA’ TERZI
---+Artikolu 21 L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
------+Article 21 3.
------+Article 21 4.
---+Artikolu 22 Ir-riżoluzzjoni ta’ disputi
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.

KAPITOLU 5 L-AĊĊESS TA’ TERZI

KAPITOLU 5 L-AĊĊESS TA’ TERZI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin

Artikolu 21

L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-networks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u miġbur, konformement mal-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju determinat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu japplika objettivi ta’ aċċess ġust u miftuħ, u jqis:

(a) il-kapaċità tal-ħżin li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ transport li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli;

(b) il-proporzjon tiegħu tal-obbligazzjonijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 taħt strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità li għandu l-intenzjoni li jilħaq permezz tal-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2,

(c) il-bżonn li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn ikun hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jingħelbu b’mod raġonevoli;

(d) il-bżonn li jiġu rrispettati l-bżonnijiet raġonevoli sostanzjati kif xieraq tas-sid jew tal-operatur tas-sit tal-ħżin jew tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-interessi tal-utenti l-oħra kollha tal-ħżin jew tan-network jew tal-faċilitajiet rilevanti tal-ipproċessar jew tal-ġarr li jistgħu jiġu affetwati; u;

3.  L-operaturi tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-operaturi tas-siti tal-ħżin jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità. Għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati kif xieraq għal kull rifjut.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur li jirrifjuta l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew nuqqas ta’ konnessjoni jagħmel kull titjib meħtieġ sa fejn ikun ekonomiku li jagħmel dan jew meta jkun hemm klijent potenzjali li jkun lest li jħallas għalihom, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-sikurezza ambjentali tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2.

Artikolu 22 Ir-riżoluzzjoni ta’ disputi

Artikolu 22

Ir-riżoluzzjoni ta’ disputi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, inkluża awtorità indipendenti mill-partijiet b’aċċess għat-tagħrif kollu rilevanti, sabiex id-disputi relatati mal-aċċess għan-networks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin jiġu riżolti malajr, filwaqt li jiġu meqjusal-kriterji msemmija fl-Artikolu 21(2) u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ dan l-aċċess.

2.  F’każ ta’ disputi transkonfinali, għandhom jiġu applikati l-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi tal-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni fuq in-network tat-trasport jew fuq is-sit tal-ħżin li għalih l-aċċess ġie rifjutat. Fejn, f’disputi transkonfinali, aktar minn Stat Membru wieħed ikopri n-network tat-trasport jew is-sit tal-ħżin kkonċernat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw bil-għan li jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata b’mod konsistenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0031
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.