|
+Artikolu 21 L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin ---+Article 21 1. ---+Article 21 2. ---+Article 21 3. ---+Article 21 4. |
Artikolu 21 L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżinArtikolu 21 L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-networks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u miġbur, konformement mal-paragrafi 2, 3 u 4. 2. L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju determinat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu japplika objettivi ta’ aċċess ġust u miftuħ, u jqis: (a) il-kapaċità tal-ħżin li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ transport li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli; (b) il-proporzjon tiegħu tal-obbligazzjonijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 taħt strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità li għandu l-intenzjoni li jilħaq permezz tal-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, (c) il-bżonn li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn ikun hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jingħelbu b’mod raġonevoli; (d) il-bżonn li jiġu rrispettati l-bżonnijiet raġonevoli sostanzjati kif xieraq tas-sid jew tal-operatur tas-sit tal-ħżin jew tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-interessi tal-utenti l-oħra kollha tal-ħżin jew tan-network jew tal-faċilitajiet rilevanti tal-ipproċessar jew tal-ġarr li jistgħu jiġu affetwati; u; 3. L-operaturi tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-operaturi tas-siti tal-ħżin jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità. Għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati kif xieraq għal kull rifjut. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur li jirrifjuta l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew nuqqas ta’ konnessjoni jagħmel kull titjib meħtieġ sa fejn ikun ekonomiku li jagħmel dan jew meta jkun hemm klijent potenzjali li jkun lest li jħallas għalihom, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-sikurezza ambjentali tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|