|
+Artikolu 39 Traspożizzjoni u miżuri tranżitorji ---+Article 39 1. ---+Article 39 2. ---+Article 39 3. |
Artikolu 39 Traspożizzjoni u miżuri tranżitorjiArtikolu 39 Traspożizzjoni u miżuri tranżitorji 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 25 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbili mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti għall-ħżin li ġejjin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jintużaw konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva sa 25 ta’ Ġunju 2012: (a) siti għall-ħżin użati taħt il-leġislazzjoni eżistenti fi 25 ta’ Ġunju 2009; (b) siti għall-ħżin awtorizzati taħt tali leġislazzjoni qabel jew fi 25 ta’ Ġunju 2009, sakemm dawn is-siti ma jintużawx aktar tard minn sena wara dik id-data. L-Artikoli 4 u 5, il-punt (3) tal-Artikolu 7(3), il-punt (2) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 10 m’għandhomx japplikaw f’dawn il-każijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|