Artikolu 38
Reviżjoni
▼M3 —————
▼B
2. Fir-rapport trasmess sal-31 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, abbażi tal-esperjenza rigward l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza rigward is-CCS u b’kont meħud tal-progress tekniku u tal-konoxxenza xjentifika l-aktar reċenti:
— jekk il-konteniment permanenti tas-CO2 b’tali mod li jiġu prevenuti u mnaqqsa kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza ambjentali u umana mis-CCS ġiex muri b’mod suffiċjenti;
— jekk il-proċeduri rigward ir-reviżjonijiet mill-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin, imsemmijin fl-Artikolu 10 u l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà imsemmijiet fl-Artikolu 18 għadhomx meħtieġa;
— l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji u l-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ nixxigħat tas-CO2 msemmija fl-Artikolu 12;
— l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-partijiet terzi msemmi fl-Artikoli 21 u 22 u bid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni transkonfinali taħt l-Artikolu 24;
— id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-impjanti ta’ kombustjoni b’kapaċità ta’ produzzjoni elettrika ta’ 300 megawatts jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE;
— prospetti għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’pajjiżi terzi;
— aktar żvilupp u aġġornament tal-kriterji msemmija fl-Anness I u fl-Anness II;
— esperjenza rigward inċentivi għall-applikazzjoni tas-CCS fuq installazzjonijiet tal-kombustjoni tal-bijomassa;
— il-ħtieġa għal aktar regolamentazzjoni rigward riskji ambjentali relatati mat-trasport tas-CO2;
u għandha tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva jekk ikun hemm bżonn.
3. Meta jintwera b’mod suffiċjenti li jkun hemm kontaminazzjoni permanenti tas-CO2 b’mod li jkunu impeduti u, meta dan ma jkunx possibbli, eliminati kemm jista’ jkun l-effetti negattivi u kwalunkwe riskju għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u s-sigurtà ambjentali u għall-bniedem tas-CCS, kif ukoll il-fattibbiltà ekonomika tagħha, ir-reviżjoni għandha teżamina jekk hux meħtieġ u prattikabbli li jkun stabbilit rekwiżit obbligatorju għal standards ta’ prestazzjoni ta’ emmissjonijiet għal installazzjonijiet ta’ kombustjoni kbar u ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku taħt l-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE.