+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwist permezz ta':
(a)
kuntratti tax-xiri, tal-leasing, tal-kiri jew tal-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' vetturi tat-trasport bit-triq mogħtija minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti sakemm dawn ikunu obbligati japplikaw il-proċeduri tal-akkwist previsti fid-Direttivi 2014/24/UE (
2
) u 2014/25/UE (
3
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(b)
kuntratti tas-servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) li s-suġġett tagħhom ikun il-provvista ta' servizzi ta' trasport għall-passiġġieri f'eċċess ta' livell ta' limitu li għandu jiġi definit mill-Istati Membri li ma jaqbiżx il-limitu tal-valur applikabbli stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta' dak ir-Regolament;
(c)
kuntratti ta' servizz stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness għal din id-Direttiva sa fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jkollhom l-obbligu li japplikaw il-proċeduri ta' akkwist stabbiliti fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE.
Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tali kuntratti li għalihom intbagħtet is-sejħa għall-kompetizzjoni wara t-2 ta' Awwissu 2021 jew, f'każijiet fejn ma tkunx prevista sejħa għall-kompetizzjoni, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun bdiet il-proċedura ta' akkwist wara dik id-data.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:
(a)
vetturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 2018/858;
(b)
vetturi tal-kategorija M3 minbarra vetturi tal-Klassi I u tal-Klassi A kif definit fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|