|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwist permezz ta':
(a)
kuntratti tax-xiri, tal-leasing, tal-kiri jew tal-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' vetturi tat-trasport bit-triq mogħtija minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti sakemm dawn ikunu obbligati japplikaw il-proċeduri tal-akkwist previsti fid-Direttivi 2014/24/UE ( 2 ) u 2014/25/UE ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(b)
kuntratti tas-servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) li s-suġġett tagħhom ikun il-provvista ta' servizzi ta' trasport għall-passiġġieri f'eċċess ta' livell ta' limitu li għandu jiġi definit mill-Istati Membri li ma jaqbiżx il-limitu tal-valur applikabbli stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta' dak ir-Regolament;
(c)
kuntratti ta' servizz stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness għal din id-Direttiva sa fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jkollhom l-obbligu li japplikaw il-proċeduri ta' akkwist stabbiliti fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tali kuntratti li għalihom intbagħtet is-sejħa għall-kompetizzjoni wara t-2 ta' Awwissu 2021 jew, f'każijiet fejn ma tkunx prevista sejħa għall-kompetizzjoni, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun bdiet il-proċedura ta' akkwist wara dik id-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|