|
+Artikolu 4 Definizzjonijiet |
Artikolu 4 DefinizzjonijietArtikolu 4 Definizzjonijiet Għall-fini ta' din id-Direttiva:
(1)
“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE;
(2)
“entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE;
(3)
“vettura tat-trasport bit-triq” tfisser vettura tal-kategorija M jew N, kif definit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;
(4)
“vettura nadifa” tfisser:
(a)
vettura tal-kategorija M1, M2 jew N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2 g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;
(b)
vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 li tuża karburanti alternattivi kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), esklużi karburanti prodotti minn materja prima b'riskju għoli ta' bidla indiretta fl-użu tal-art li għaliha jkun osservat li espansjoni sinifikanti tal-produzzjoni tkun f'art b'ħażna għolja ta' karbonju skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Fil-każ ta' vetturi li jużaw bijokarburanti likwidi, karburanti sintetiċi u paraffiniċi, dawn m'għandhomx jitħalltu ma' dawk il-karburanti fossili konvenzjonali;
(5)
“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura nadifa kif definit fil-punt 4(b) ta' dan l-Artikolu mingħajr magna b'kombustjoni interna, jew b'magna ta' kombustjoni interna li tirrilaxxa inqas minn 1 g CO2/kWh kif imkejjel skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, jew li temetti inqas minn 1 g CO2/km imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|