+Artikolu 5 Miri minimi tal-akkwist
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Miri minimi tal-akkwist

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri ta' vetturi u servizzi msemmija fl-Artikolu 3 jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness, u għall-vetturi tqal stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness. Dawk il-miri huma espressi bħala perċentwali minimi ta' vetturi nodfa fin-numru totali ta' vetturi tat-trasport bit-triq koperti bl-aggregat tal-kuntratti kollha msemmija fl-Artikolu 3, mogħtija bejn it-2 ta' Awwissu 2021 u l-31 ta' Diċembru 2025 għall-ewwel perijodu ta' referenza, u bejn l-1 ta' Jannar 2026 u l-31 ta' Diċembru 2030, għat-tieni perijodu ta' referenza.
Artikolu 5 2.
Għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti minimi tal-akkwist, id-data tal-akkwist pubbliku li għandha titqies hija d-data tat-tlestija tal-proċedura tal-akkwist pubbliku, permezz tal-għoti tal-kuntratt.
Artikolu 5 3.
Vetturi li jissodisfaw id-definizzjoni ta' vettura nadifa skont il-punt 4 tal-Artikolu 4 jew ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet skont il-punt 5 tal-Artikolu 4 bħala riżultat ta' installazzjoni a posteriori jistgħu jitqiesu bħala vetturi nodfa jew vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, rispettivament, għall-fini ta' konformità mal-miri minimi tal-akkwist.
Artikolu 5 4.
Fil-każ ta' kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), in-numru ta' vetturi tat-trasport tat-triq mixtrija, b'leasing, mikrija jew b'lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri taħt kull kuntratt għandu jitqies għall-iskop tal-valutazzjoni tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist.
Artikolu 5 5.
Fil-każ ta' kuntratti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1), in-numru ta' vetturi tat-trasport tat-triq li għandhom jintużaw għall-provvista tas-servizzi koperti minn kull kuntratt għandu jitqies għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist.
Artikolu 5 6.
Fejn ma jiġux adottati miri ġodda għall-perijodu wara l-1 ta' Jannar 2030, il-miri stabbiliti għat-tieni perijodu ta' referenza għandhom ikomplu japplikaw, u għandhom jiġu kkalkulati skont il-paragrafi 1 sa 5, fuq perijodi sussegwenti ta' ħames snin.
Artikolu 5 7.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew jawtorizzaw lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti tagħhom biex japplikaw miri nazzjonali ogħla jew rekwiżiti aktar stretti minn dawk imsemmija fl-Anness.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.