Sat-18 ta’ April 2026, u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kummissjoni. Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, dwar attivitajiet ta’ implimentazzjoni futuri, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis rilevanti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll in-numru u l-kategoriji tal-vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata abbażi tal-kategoriji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
).