+Artikolu 10 Rapportar u rieżami
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
|
Artikolu 10 Rapportar u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Sat-2 ta' Awwissu 2022 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva u dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri rigward attivitajiet futuri ta' implimentazzjoni, inkluż l-għażla taż-żmien u l-qsim tal-isforz possibbli bejn livelli differenti ta' governanza, kif ukoll dwar kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis rilevanti.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Sat-18 ta’ April 2026, u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kummissjoni. Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, dwar attivitajiet ta’ implimentazzjoni futuri, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis rilevanti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll in-numru u l-kategoriji tal-vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata abbażi tal-kategoriji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
).
|
|
Artikolu 10 3.
|
Sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fl-obbligi ta' rappurtar tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiġbor u tippubblika n-numru u l-kategoriji tal-vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva billi tiġbor id-data rilevanti mill-avviżi ta' għoti ta' Kuntratti Ppubblikati fuq il-Bażi tad-Data (TED) (Tenders Electronic Daily) skont id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Sat-18 ta’ April 2027, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li jispeċifika l-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’dan ir-rigward, wara r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva għall-emendar tagħha għall-perijodu wara l-2030, inkluż għall-istabbiliment ta' miri ġodda u għall-inklużjoni ta' kategoriji oħra ta' vetturi, bħal vetturi b'żewġ jew tliet roti.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 9(2) li jistabbilixxu l-format tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-arranġamenti ta' trażmissjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|