|
+Artikolu 5 Awtorità regolatorja kompetenti ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. |
Artikolu 5 Awtorità regolatorja kompetentiArtikolu 5 Awtorità regolatorja kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu awtorità regolatorja kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva minn influwenza bla bżonn tal-awtorità regolatorja kompetenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorju tagħha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-awtorità regolatorja kompetenti: (a) tkun funzjonalment separata minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra kkonċernata bil-promozzjoni jew l-użu tal-enerġija nukleari, u ma titlob jew tieħu struzzjonijiet minn ebda tali korp jew organizzazzjoni, meta tkun qed twettaq il-kompiti regolatorji tagħha; (b) tieħu deċiżjonijiet regolatorji, imsejsa fuq rekwiżiti ta' sikurezza nukleari robusti u trasparenti; (c) tingħata allokazzjonijiet baġitarji dedikati u xierqa biex tkun tista' twettaq il-kompiti regolatorji tagħha kif definiti fil-qafas nazzjonali u tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit allokat; (d) timpjega numru xieraq ta' membri tal-persunal bil-kwalifiki, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa biex twettaq l-obbligi tagħha. Hija tista' tuża riżorsi xjentifiċi u tekniċi u għarfien espert b'appoġġ għall-funzjoniiet regolatorji tagħha; (e) tistabbilixxi proċeduri għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess; (f) tipprovdi informazzjoni marbuta mas-sikurezza nukleari mingħajr approvazzjoni minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra, sakemm dan ma jipperikolax interessi oħrajn li jieħdu preċedenza, bħas-sigurtà, rikonoxxuti fil-leġislazzjoni jew strumenti internazzjonali rilevanti. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tingħata s-setgħat legali meħtieġa sabiex twettaq l-obbligi tagħha b'rabta mal-qafas nazzjonali deskritt fl-Artikolu 4(1). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jafda f'idejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti l-kompiti regolatorji ewlenin li ġejjin: (a) li jipproponi, jiddefinixxu jew jieħdu sehem fid-definizzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali; (b) li jesiġu li d-detentur tal-liċenzja jikkonforma u juri konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali u t-termini tal-liċenzja rilevanti; (c) li jivverifikaw tali konformità permezz ta' valutazzjonijiet u spezzjonijiet regolatorji; (d) li jipproponu jew iwettqu azzjonijiet ta' infurzar effettivi u proporzjonati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|