+SECTION 1 General obligations
---+Artikolu 4 Qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
---+Artikolu 5 Awtorità regolatorja kompetenti
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Detenturi ta' liċenzja
---+Artikolu 7 Għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari
---+Artikolu 8 Transparenza
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.

SECTION 1 General obligations

SECTION 1 General obligations

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 Qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv

Artikolu 4

Qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali (“il-qafas nazzjonali”) għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari. Il-qafas nazzjonali għandu jipprevedi b'mod partikolari:

(a) l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet u koordinazzjoni bejn il-korpi rilevanti tal-istat;

(b) rekwiżiti nazzjonali għas-sikurezza nukleari, li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta' installazzjonijiet nukleari;

(c) sistema ta' liċenzjar u l-projbizzjoni tal-operat ta' installazzjonijiet nukleari mingħajr liċenzja;

(d) sistema ta' kontroll regolatorju tas-sikurezza nukleari mħaddma mill-awtorità regolatorja kompetenti;

(e) azzjonijiet ta' infurzar effettivi u proporzjonati, inkluż, fejn xieraq, azzjoni korrettiva jew sospensjoni tal-operat u modifika jew revoka ta' liċenzja.

Id-determinazzjoni dwar kif ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sikurezza nukleari msemmija fil-punt (b) huma adottati u permezz ta' liema strument huma applikati tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinżamm u jittejjeb meta jkun adatt, b’kont meħud tal-esperjenza operattiva, l-għarfien miksub minn analiżi tas-sigurtà għall-installazzjonijiet nukleari operattivi, l-iżvilupp tat-teknoloġija u r-riżultati ta’ riċerka dwar is-sigurtà, meta disponibbli u rilevanti.

Artikolu 5 Awtorità regolatorja kompetenti

Artikolu 5

Awtorità regolatorja kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu awtorità regolatorja kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari.

▼M1

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva minn influwenza bla bżonn tal-awtorità regolatorja kompetenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorju tagħha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-awtorità regolatorja kompetenti:

(a) tkun funzjonalment separata minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra kkonċernata bil-promozzjoni jew l-użu tal-enerġija nukleari, u ma titlob jew tieħu struzzjonijiet minn ebda tali korp jew organizzazzjoni, meta tkun qed twettaq il-kompiti regolatorji tagħha;

(b) tieħu deċiżjonijiet regolatorji, imsejsa fuq rekwiżiti ta' sikurezza nukleari robusti u trasparenti;

(c) tingħata allokazzjonijiet baġitarji dedikati u xierqa biex tkun tista' twettaq il-kompiti regolatorji tagħha kif definiti fil-qafas nazzjonali u tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit allokat;

(d) timpjega numru xieraq ta' membri tal-persunal bil-kwalifiki, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa biex twettaq l-obbligi tagħha. Hija tista' tuża riżorsi xjentifiċi u tekniċi u għarfien espert b'appoġġ għall-funzjoniiet regolatorji tagħha;

(e) tistabbilixxi proċeduri għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess;

(f) tipprovdi informazzjoni marbuta mas-sikurezza nukleari mingħajr approvazzjoni minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra, sakemm dan ma jipperikolax interessi oħrajn li jieħdu preċedenza, bħas-sigurtà, rikonoxxuti fil-leġislazzjoni jew strumenti internazzjonali rilevanti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tingħata s-setgħat legali meħtieġa sabiex twettaq l-obbligi tagħha b'rabta mal-qafas nazzjonali deskritt fl-Artikolu 4(1). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jafda f'idejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti l-kompiti regolatorji ewlenin li ġejjin:

(a) li jipproponi, jiddefinixxu jew jieħdu sehem fid-definizzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali;

(b) li jesiġu li d-detentur tal-liċenzja jikkonforma u juri konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali u t-termini tal-liċenzja rilevanti;

(c) li jivverifikaw tali konformità permezz ta' valutazzjonijiet u spezzjonijiet regolatorji;

(d) li jipproponu jew iwettqu azzjonijiet ta' infurzar effettivi u proporzjonati.

Artikolu 6 Detenturi ta' liċenzja

Artikolu 6

Detenturi ta' liċenzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:

(a) ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari tkun tad-detentur tal-liċenzja. Dik ir-responsabbiltà ma tistax tiġi delegata u tinkludi r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw is-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari;

(b) meta japplika għal liċenzja, l-applikant huwa mitlub jippreżenta dimostrazzjoni ta' sikurezza nukleari. L-ambitu u l-livell ta' dettall tagħha għandhom ikunu proporzjonati mal-kobor potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u l-post tagħha;

(c) id-detenturi ta' liċenzja għandhom regolarment jivvalutaw, jivverifikaw, u kontinwament itejbu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b'mod sistematiku u verifikabbli. Dawn għandhom jinkludu verifika li hemm miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni ta' inċidenti u biex jittaffew il-konsegwenzi tal-inċidenti, inkluża fil-verifika tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' difiża fil-fond;

(d) id-detenturi ta' liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari;

(e) id-detenturi ta' liċenzja jagħmlu provvedimenti għal proċeduri u arranġamenti xierqa ta' emerġenza fuq il-post, inkluż linji gwida għall-ġestjoni ta' inċidenti serji jew arranġamenti ekwivalenti, għal rispons effettiv għall-inċidenti sabiex jiġu pprevenuti jew jittaffew il-konsegwenzi tagħhom. Dawk għandhom b'mod partikolari:

(i) ikunu konsistenti ma' proċeduri operazzjonali oħra u jitħaddmu perjodikament sabiex tiġi verifikata l-prattikabbiltà tagħhom;

(ii) jindirizzaw inċidenti u inċidenti serji li jistgħu jseħħu fil-modi operazzjonali kollha u dawk li jinvolvu jew jolqtu diversi unitajiet fl-istess ħin;

(iii) jipprovdu arranġamenti biex tiġi riċevuta għajnuna esterna;

(iv) jiġu riveduti perjodikament u aġġornati regolarment, filwaqt li titqies l-esperjenza mill-eżerċizzji u l-lezzjonijiet meħuda mill-inċidenti;

(f) id-detenturi ta' liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani bi kwalifiki u kompetenzi xierqa, meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjoni nukleari. Id-detenturi ta' liċenzja għandhom jiżguraw ukoll li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw s-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari jkollhom ir-riżorsi umani meħtieġa bil-kwalifiki u l-kompetenzi xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom.

Artikolu 7 Għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari

Artikolu 7

Għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-partijiet kollha jagħmlu arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-persunal tagħhom li jkollu responsabbiltajiet relatati mas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari biex jiksbu, iżommu u jkomplu jiżviluppaw għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari u tħejjija għal emerġenzi fuq il-post.

Artikolu 8 Transparenza

Artikolu 8

Transparenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha ssir disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika għall-awtoritajiet lokali, il-popolazzjoni u l-partijiet interessati fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja, fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, jipprovdu fil-qafas tal-politika ta' komunikazzjoni tagħhom:

(a) informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi normali tal-installazjonijiet nukleari għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, u

(b) informazzjoni minnufih fil-każ ta' aċċidenti u inċidenti għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali u għall-awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari.

2.  L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħas-sigurtà, li huma rikonoxxuti fil-leġislazzjoni rilevanti jew strumenti internazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2), jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tieħu sehem, kif xieraq, f'attivitajiet ta' kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari, fost l-oħrajn permezz tal-iskambju u/jew il-qsim tal-informazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali għandu jingħata l-opportunitajiet xierqa biex jieħu sehem b'mod effettiv fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbut mal-għoti ta' liċenzji għal installazzjonijiet nukleari, f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali.

▼M1

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0071
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.