+Artikolu 6 Detenturi ta' liċenzja

Artikolu 6 Detenturi ta' liċenzja

Artikolu 6

Detenturi ta' liċenzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:

(a) ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari tkun tad-detentur tal-liċenzja. Dik ir-responsabbiltà ma tistax tiġi delegata u tinkludi r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw is-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari;

(b) meta japplika għal liċenzja, l-applikant huwa mitlub jippreżenta dimostrazzjoni ta' sikurezza nukleari. L-ambitu u l-livell ta' dettall tagħha għandhom ikunu proporzjonati mal-kobor potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u l-post tagħha;

(c) id-detenturi ta' liċenzja għandhom regolarment jivvalutaw, jivverifikaw, u kontinwament itejbu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b'mod sistematiku u verifikabbli. Dawn għandhom jinkludu verifika li hemm miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni ta' inċidenti u biex jittaffew il-konsegwenzi tal-inċidenti, inkluża fil-verifika tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' difiża fil-fond;

(d) id-detenturi ta' liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari;

(e) id-detenturi ta' liċenzja jagħmlu provvedimenti għal proċeduri u arranġamenti xierqa ta' emerġenza fuq il-post, inkluż linji gwida għall-ġestjoni ta' inċidenti serji jew arranġamenti ekwivalenti, għal rispons effettiv għall-inċidenti sabiex jiġu pprevenuti jew jittaffew il-konsegwenzi tagħhom. Dawk għandhom b'mod partikolari:

(i) ikunu konsistenti ma' proċeduri operazzjonali oħra u jitħaddmu perjodikament sabiex tiġi verifikata l-prattikabbiltà tagħhom;

(ii) jindirizzaw inċidenti u inċidenti serji li jistgħu jseħħu fil-modi operazzjonali kollha u dawk li jinvolvu jew jolqtu diversi unitajiet fl-istess ħin;

(iii) jipprovdu arranġamenti biex tiġi riċevuta għajnuna esterna;

(iv) jiġu riveduti perjodikament u aġġornati regolarment, filwaqt li titqies l-esperjenza mill-eżerċizzji u l-lezzjonijiet meħuda mill-inċidenti;

(f) id-detenturi ta' liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani bi kwalifiki u kompetenzi xierqa, meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjoni nukleari. Id-detenturi ta' liċenzja għandhom jiżguraw ukoll li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw s-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari jkollhom ir-riżorsi umani meħtieġa bil-kwalifiki u l-kompetenzi xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0071
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.