|
+Artikolu 8b Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari ---+Article 8b 1. ---+Article 8b 2. |
Artikolu 8b Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleariArtikolu 8b Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari 1. Sabiex jilħqu l-objettiv tas-sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li fejn tapplika d-difiza fil-fond, għandha tiġi applikata biex tiżgura li: (a) jitnaqqas l-impatt ta' perikli naturali esterni estremi u perikli mhux intenzjonati kkawżati mill-bniedem kemm jista' jkun; (b) jiġu pprevenuti operat u fallimenti abnormali; (c) jiġi kkontrollat l-operat abnormali u jiġu identifikati l-fallimenti; (d) jiġu kkontrollati inċidenti fi ħdan il-bażi ta' disinn; (e) jiġu kkontrollati kundizzjonijiet serji, inkluż il-prevenzjoni tal-progressjoni ta' inċidenti u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta' inċidenti serji; (f) ikunu fis-seħħ strutturi organizzattivi skont l-Artikolu 8d(1). 2. Sabiex jinkiseb l-objettiv ta' sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jitlob li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detentur ta' liċenzja jieħdu miżuri biex irawmu u jsaħħu kultura effettiva ta' sikurezza nukleari. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari: (a) sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari u jrawmu, fil-livelli kollha tal-persunal u l-amministrazzjoni, il-ħila li wieħed jagħmel mistoqsijiet dwar it-twettiq tal-prinċipji u l-prattiki ta' sikurezza rilevanti, u l-ħila li jsir rapport f'waqtu dwar kwistjonijiet ta' sikurezza, skont l-Artikolu 6(d); (b) arranġamenti mid-detentur ta' liċenzja biex jirreġistra, jevalwa u jiddokumenta esperjeza operattiva sinifikanti ta' sikurezza interna u esterna; (c) l-obbligi tad-detentur ta' liċenzja li jirrapporta avvenimenti b'impatt potenzjali fuq is-sikurezza nukleari lill-awtorità regolatorja kompetenti; u, (d) arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ, skont l-Artikolu 7. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|