+Artikolu 5 Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat konċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li jsir il-ħlas ta’ kumpens għat-telf u l-korriment ikkawżat fit-territorju tiegħu u fit-territorju ta’ Stati Membri oħra minn vetturi li jkunu japprtjenu lil dawk il-persuni.

Għandu b’mod partikolari jaħtarawtorità jew korp fil-pajjiż fejn it-telf jew korriment isseħħ li jkun responsabbli sabiex jikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara skont il-liġijiet ta’ dak l-Istat f’każi meta l-punt (a) tal-Artikolu 2 ma jkunx japplika.

Għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-kumpens.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista.

Artikolu 5 2.
Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista tagħhom għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu huma trattati bl-istess mod bħal vetturi li għalihom l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Mill-11 ta’ Ġunju 2010 l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat dawn ir-rapporti, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti dwar is-sostituzzjoni jew it-tħassir ta’ din id-deroga.

Artikolu 5 3.
Stat Membru jista’ jidderoga mill-Artikolu 3 fir-rigward ta’ vetturi li huma rtirati temporanjament jew permanentement u pprojbiti mill-użu, dment li tkun ġiet stabbilita proċedura amministrattiva formali jew miżura verifikabbli oħra f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jiżgura li l-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Artikolu 5 4.
Stat Membru jista’ jidderoga mill-Artikolu 3 fir-rigward ta’ vetturi użati esklussivament f’żoni b’aċċess ristrett, skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jiżgura li l-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Artikolu 5 5.
Stat Membru jista’ jidderoga mill-Artikolu 3 fir-rigward ta’ vetturi li mhumiex ammessi għall-użu fit-toroq pubbliċi skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga mill-Artikolu 3 fir-rigward tal-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiżgura li tali vetturi jiġu ttrattati bl-istess mod bħal vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Artikolu 5 6.
Meta Stat Membru jidderoga, taħt il-paragrafu 5, mill-Artikolu 3 fir-rigward ta’ vetturi li mhumiex ammessi għall-użu fit-toroq pubbliċi, dak l-Istat Membru jista’ jidderoga wkoll mill-Artikolu 10 fir-rigward tal-kumpens għal ħsara kkawżata minn dawk il-vetturi f’żoni li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku minħabba restrizzjoni legali jew fiżika għall-aċċess għal tali żoni, kif definit mil-liġijiet nazzjonali tiegħu.
Artikolu 5 7.
Fir-rigward tal-paragrafi 3 sa 6, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-deroga u l-arranġamenti partikolari li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ dawk id-derogi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.