+CHAPTER 1 GENERAL PROVISIONS
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 3 Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi
---+Artikolu 4 Spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5 Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6 L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi

CHAPTER 1 GENERAL PROVISIONS

CHAPTER 1 GENERAL PROVISIONS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

▼M1

(1) 

“vettura” tfisser:

(a) 

kwalunkwe vettura bil-mutur li tinsaq esklussivament b’potenza mekkanika fuq l-art iżda li ma tinsaqx fuq binarji u li għandha:

(i) 

veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h; jew

(ii) 

piż nett massimu ta’ aktar minn 25 kg u veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 14-il km/h;

(b) 

kwalunkwe karru li għandu jintuża ma’ vettura msemmija fil-punt (a), kemm jekk agganċjat kif ukoll jekk mhux agganċjat.

Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b), il-vetturi tas-siġġijiet tar-roti maħsuba esklussivament għall-użu minn persuni b’diżabilità fiżika ma jitqisux bħala vetturi msemmija f’din id-Direttiva;

▼M1

(1a) 

“użu ta’ vettura” tfisser kwalunkwe użu ta’ vettura li jkun konsistenti mal-funzjoni tal-vettura bħala mezz ta’ trasport fil-ħin li jseħħ l-inċident, irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tat-terren li fuqu tintuża l-vettura bil-mutur u jekk tkunx stazzjonarja jew tkunx qiegħda tinsaq;

▼M1

(2) 

“il-parti li tkun sofriet ħsara” tfisser kwalunkwe persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe telf jew korriment ikkawżat minn vetturi;

▼B

(3) 

“l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi” tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun kostitwita skont ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar, 1949, mis-Sub-Kumitat għat-Trasport Stradali tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi tal-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li jwettqu negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;

(4) 

“territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:

(a) 

it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew

(b) 

fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew

(c) 

fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew

(d) 

f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, sabiex titħallas il-pretensjoni kif previst fl-Artikolu 2(a) jew fl-Artikolu 10;

(5) 

“karta ħadra” tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali tal-assigurazzjoni maħruġ f’isem uffiċċju nazzjonali skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport Stradali tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(6) 

“impriża ta’ assigurazzjoni” tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;

(7) 

“stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju, 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 1 );

▼M1

(8) 

“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser “Stat Membru tal-pajjiż” kif definit fl-Artikolu 13(8), punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼B

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 6, 7 u 8 japplikaw għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri:

(a) 

wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi li taħt il-kondizzjonijiet tiegħu kull aġenzija nazzjonali tiggarantixxi l-ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ pretensjonijiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħha, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;

(b) 

mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;

(c) 

għall-perijodu ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 3 Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi

Artikolu 3

Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi

▼M1

Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura normalment ibbażata fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.

▼M1

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-użu ta’ vettura f’avvenimenti u attivitajiet tal-isports motorizzat, inklużi t-tlielaq, il-kompetizzjonijiet, it-taħriġ, l-ittestjar u d-dimostrazzjonijiet f’żona ristretta u demarkata fi Stat Membru, fejn l-Istat Membru jiżgura li l-organizzatur tal-attività, jew kwalunkwe parti oħra, ikunu għamlu polza alternattiva tal-assigurazzjoni jew garanzija li tkopri l-ħsara lil kwalunkwe parti terza, inklużi l-ispettaturi u persuni oħra fil-qrib, iżda mhux neċessarjament tkopri l-ħsara lis-sewwieqa parteċipanti u l-vetturi tagħhom.

▼B

Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:

(a) 

skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;

(b) 

kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.

L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.

Artikolu 4 Spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni
Artikolu 5 Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi
Artikolu 6 L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi

Artikolu 6

L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi

Kull Stat Membru għandu jassigura li, meta inċident fit-territorju tiegħu jkun ikkawżat minn vettura li normalment tkun bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi għandu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 2 (a), jikseb informazzjoni:

(a) 

dwar it-territorju li fih il-vettura tkun normalment ibbażata, u dwar in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha, jekk ikun hemm;

(b) 

safejn ikun possibbli, dwar id-dettalji tal-assigurazzjoni tal-vettura, kif dawn normalment ikunu jidhru fuq il-karta ħadra u li jkunu fil-pussess tad-detentur tal-vettura, safejn dawn id-dettalji huma meħtieġa mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura normalment tkun ibbażata.

Kull Stat Membru għandu wkoll jassigura li l-uffiċċju jikkomunika din l-informazzjoni msemmija f’punti (a) u (b) lill-uffiċċju nazzjonali tal-Istat li fit-territorju tiegħu l-vettura msemmija fl-ewwel paragrafu tkun normalment ibbażata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.