+Artikolu 13 Klawsoli ta’ esklużjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Klawsoli ta’ esklużjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li kwalunkwe dispożizzjoni statutorja jew kwalunkwe klawżola kuntrattwali inkluża f’polza tal-assigurazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li sofrew ħsara b’riżultat ta’ inċident, meta dik id-dispożizzjoni statutorja jew il-klawżola kuntrattwali teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:

▼B

(a) 

persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,

(b) 

persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura konċernata,

(c) 

persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura konċernata.

Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom ikunu daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jkun jista’ juri li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu jekk u dment li l-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tikseb kumpens għall-ħsara li tkun sofriet mingħand korp tas-sigurtà soċjali.

Artikolu 13 2.
Fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-korp speċifikat fl-Artikolu 10(1) iħallas kumpens minflok l-assiguratur skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-vettura tkun normalment ibbażata fi Stat Membru ieħor, dak il-korp ma jkun jista’ jagħmel ebda talba kontra xi korp f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri li, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, jiddisponu li l-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jħallas kumpens, jistgħu jiffissaw fir-rigward tal-ħsara lill-proprjetà eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 250 li jitħallas mill-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 13 3.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull dispożizzjoni statutorja jew klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni li teskludi passiġġier minn tali kopertura fuq il-bażi li kien jaf jew messu kien jaf li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza tal-alkoħol jew ta’ droga fil-ħin tal-inċident, għandu jitqies bħala null fir-rigward tat-talbiet ta’ tali passiġġier.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.