|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li kwalunkwe dispożizzjoni statutorja jew kwalunkwe klawżola kuntrattwali inkluża f’polza tal-assigurazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li sofrew ħsara b’riżultat ta’ inċident, meta dik id-dispożizzjoni statutorja jew il-klawżola kuntrattwali teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:
(a)
persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,
(b)
persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura konċernata,
(c)
persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura konċernata. Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom ikunu daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jkun jista’ juri li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu jekk u dment li l-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tikseb kumpens għall-ħsara li tkun sofriet mingħand korp tas-sigurtà soċjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|