+Artikolu 15a Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti li jinvolvu karru rmunkat minn vettura
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.

Artikolu 15a Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti li jinvolvu karru rmunkat minn vettura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15a 1.

Fil-każ ta’ inċident ikkawżat minn sett ta’ vetturi li jikkonsisti f’vettura li tirmonka karru, meta l-karru jkollu assigurazzjoni separata tar-responsabbiltà ċivili, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tressaq il-pretensjoni tagħha direttament kontra l-impriża tal-assigurazzjoni li assigurat il-karru, meta:

(a) 

il-karru jista’ jiġi identifikat, iżda l-vettura li rmunkatu ma tistax tiġi identifikata; u

(b) 

il-liġi nazzjonali applikabbli tipprevedi li l-assiguratur tal-karru għandu jipprovdi kumpens.

Impriża tal-assigurazzjoni li tkun ikkumpensat lill-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun tista’ tirrikorri għand l-impriża li tkun assigurat il-vettura tal-irmonk, jew għand il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1), jekk u sa fejn dan ikun previst skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tipprevedi regoli aktar favorevoli għall-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 15a 2.

Fil-każ ta’ inċident ikkawżat minn sett ta’ vetturi li jikkonsisti f’vettura li tirmonka karru, l-assiguratur tal-karru, dment li l-liġi nazzjonali applikabbli ma tirrikjedix li jipprovdi kumpens sħiħ, għandu, fuq talba tal-parti li tkun sofriet ħsara, jinfurmaha mingħajr dewmien żejjed dwar:

(a) 

l-identità tal-assiguratur tal-vettura tal-irmonk; jew

(b) 

meta l-assiguratur tal-karru ma jkunx jista’ jidentifika l-assiguratur tal-vettura tal-irmonk, il-mekkaniżmu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 10.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.