|
+Artikolu 15a 1. |
Artikolu 15a 1.Fil-każ ta’ inċident ikkawżat minn sett ta’ vetturi li jikkonsisti f’vettura li tirmonka karru, meta l-karru jkollu assigurazzjoni separata tar-responsabbiltà ċivili, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tressaq il-pretensjoni tagħha direttament kontra l-impriża tal-assigurazzjoni li assigurat il-karru, meta:
(a)
il-karru jista’ jiġi identifikat, iżda l-vettura li rmunkatu ma tistax tiġi identifikata; u
(b)
il-liġi nazzjonali applikabbli tipprevedi li l-assiguratur tal-karru għandu jipprovdi kumpens. Impriża tal-assigurazzjoni li tkun ikkumpensat lill-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun tista’ tirrikorri għand l-impriża li tkun assigurat il-vettura tal-irmonk, jew għand il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1), jekk u sa fejn dan ikun previst skont il-liġi nazzjonali applikabbli. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tipprevedi regoli aktar favorevoli għall-parti li tkun sofriet ħsara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|