+Artikolu 23 Ċentri ta’ informazzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 1a.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.

Artikolu 23 Ċentri ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

Sabiex persuna li tkun sofriet ħsara jkollha l-possibbiltà li tfittex kumpens, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:

(a) 

għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju tal-Istat inkwistjoni;

(ii) 

in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, u meta l-perijodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni;

(iii) 

l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar-riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(iv) 

il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- obbligu ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 5(1) u (2);

(v) 

rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):

— 
l-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli għall-kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’każi meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx tapplika, jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);
— 
l-isem tal-korp li jkopri l-vettura fl-Istat Membru fejn normalment tkun ibbażata jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2);
(b) 

jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik id-data;

(c) 

u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu bid-data msemmija fil-punti (a) (i) sa (v).

Id-data taħt il-punti (a)(i), (ii) u (iii) għandha tinżamm għal perijodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

Artikolu 23 1a.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew entitajiet oħra jkunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (a)(i), (ii) u (iii), liċ-ċentri ta’ informazzjoni u jinfurmawhom kull meta polza tal-assigurazzjoni ssir invalida jew inkella ma tibqax tkopri vettura b’numru ta’ reġistrazzjoni.
Artikolu 23 2.
L-impriżi ta’ assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a)(iii) għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri ta’ informazzjoni tal-Istati Membri kollha, bl-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li huma jkunu ħatru skont l-Artikolu 21 f’kull Stat Membru.
Artikolu 23 3.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-parti li tkun sofriet ħsara tkun intitolata għal perjodu ta’ seba’ snin wara l-inċident biex takkwista mingħajr dewmien miċ-ċentru ta’ informazzjoni tal-Istat Membru ta’ fejn għandha r-residenza, tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata jew tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident, din id-data li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-impriża ta’ assigurazzjoni;

(b) 

in-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni; u

(c) 

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet tal-impriża ta’ assigurazzjoni fl-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

Artikolu 23 4.

Iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem u l-indirizz tas-sid jew ix-xufier normali jew id-detentur tal-vettura jekk il-parti li tkun sofriet ħsara jkollha interess leġittimu fl-akkwist ta’ din l-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jindirizza partikolarment:

(a) 

l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew

(b) 

l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara, bl-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli biex tikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(a) ma tkunx tapplika.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem tal-korp li jkopri l-vettura fil-pajjiż fejn normalment tkun ibbażata.

Artikolu 23 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, iċ-ċentri ta’ informazzjoni jipprovdu l-informazzjoni speċifikata f’dawk il-paragrafi lil kull parti involuta f’inċident tat-traffiku kkawżat minn vettura koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 23 6.
L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.