|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Sabiex persuna li tkun sofriet ħsara jkollha l-possibbiltà li tfittex kumpens, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:
(a)
għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(i)
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju tal-Istat inkwistjoni;
(ii)
in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, u meta l-perijodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni;
(iii)
l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar-riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(iv)
il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- obbligu ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 5(1) u (2);
(v)
rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):
—
l-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli għall-kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’każi meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx tapplika, jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);
—
l-isem tal-korp li jkopri l-vettura fl-Istat Membru fejn normalment tkun ibbażata jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2);
(b)
jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik id-data;
(c)
u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu bid-data msemmija fil-punti (a) (i) sa (v). Id-data taħt il-punti (a)(i), (ii) u (iii) għandha tinżamm għal perijodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|