+Artikolu 18 Reviżjonijiet tal-istat ta’ tħejjija għal emerġenza u l-ħżin
---+Article 18 1.
---+Article 18 2.
---+Article 18 3.
---+Article 18 4.
---+Article 18 5.
---+Article 18 6.
---+Article 18 7.

Artikolu 18 Reviżjonijiet tal-istat ta’ tħejjija għal emerġenza u l-ħżin

Artikolu 18

Reviżjonijiet tal-istat ta’ tħejjija għal emerġenza u l-ħżin

1.  Kummissjoni tista’, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, twettaq reviżjonijet sabiex tivverifika l-istat tagħhom ta’ tħejjija għal emerġenza u, jekk ikun ikkunsidrat xieraq mill-Kummissjoni, tal-ħżin relatat. Meta tkun qed tħejji għal tali reviżjonijiet, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-isforzi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u tikkonsulta lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

2.  Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jaqbel dwar il-parteċipazzjoni ta’ aġenti u rappreżentanti awtorizzati ta’ Stati Membri oħrajn fir-reviżjonijiet. Uffiċjali nazzjonali nnominati tal-Istat Membru li ssirlu r-reviżjoni jistgħu jakkumpanjaw lill-persuni li jkunu qed iwettqu r-reviżjoni. Fi żmien ġimgħa wara li titħabbar reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru kkonċernat li jkun għadu ma provdiex lill-Kummissjoni b’data sensittiva relatata mal-post tal-ħażniet skont l-Artikoli 6 u 9 għandu jqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-impjegati jew l-aġenti awtorizzati tal-Kummissjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom u dawk responsabbli għaż-żamma u l-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi jaqblu dwar spezzjonijiet u jipprovdu assistenza lill-persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu dawk ir-reviżjonijiet. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-persuni jingħataw id-dritt li jikkonsultaw id-dokumenti u r-reġistri kollha relatati mal-ħażniet u li jkollhom id-dritt ta’ aċċess għas-siti kollha fejn jinżammu l-ħażniet u għad-dokumenti kollha relatati.

4.  L-eżitu tar-reviżjonijiet imwettqa skont dan l-Artikolu għandu jiġi notifikat lill-Istat Membru rivedut u jista’ jintbagħat lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

5.  L-Istati Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti u persuni oħra li jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni ma jistgħux jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li tkun inġabret jew ġiet skambjata skont dan l-Artikolu u li, minħabba n-natura tagħha, hija koperta bis-sigriet professjonali, bħal pereżempju l-identità tal-proprjetarji tal-ħażniet.

6.  L-objettivi tar-reviżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jinkludux l-ipproċessar ta’ data personali. Kwalunkwe data personali li tinstab jew li titfaċċa matul dawk ir-reviżjonijiet ma tistax tinġabar jew tiġi kkunsidrata u, jekk tinġabar aċċidentalment, għandha tiġi mħassra minnufih.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-data, ir-rekords, is-sommarji u d-dokumenti kollha relatati mal-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi jinżammu għal perijodu ta’ mill-inqas 5 snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 18 1.
The Commission may, in coordination with Member States, carry out reviews to verify their emergency preparedness and, if considered appropriate by the Commission, related stockholding. When preparing for such reviews, the Commission shall take into account efforts undertaken by other institutions and international organisations and consult the Coordination Group.
Article 18 2.
The Coordination Group may agree on the participation of authorised agents and representatives of other Member States in the reviews. Designated national officials of the reviewed Member State may accompany the persons performing the review. Within 1 week following the announcement of a review referred to in paragraph 1, any Member State concerned that has not provided the Commission with sensitive data relating to the location of stocks pursuant Articles 6 and 9 shall place this information at the disposal of the Commission’s employees or authorised agents.
Article 18 3.
Member States shall ensure that their authorities and those responsible for maintaining and managing emergency and specific stocks agree to inspections and provide assistance to the persons authorised by the Commission to perform those reviews. Member States shall in particular ensure that these persons are granted the right to consult all documents and registers relating to the stocks and have right of access to all sites on which stocks are held and to all related documents.
Article 18 4.
The outcome of reviews carried out pursuant to this Article shall be notified to the Member State reviewed and may be forwarded to the Coordination Group.
Article 18 5.
Member States and the Commission shall ensure that officials, agents and other persons working under Commission supervision and members of the Coordination Group may not disclose any information which has been gathered or exchanged pursuant to this Article and which, by its nature, is covered by professional secrecy, such as the identity of the owners of stocks.
Article 18 6.
The objectives of the reviews referred to in paragraph 1 may not include the processing of personal data. Any personal data found or uncovered during those reviews may not be gathered or taken into consideration and, if gathered accidentally, shall be destroyed immediately.
Article 18 7.
Member States shall take the necessary measures to ensure that all data, records, summaries and documents relating to emergency stocks and specific stocks are kept for a period of at least 5 years.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.