|
+Artikolu 20 Proċeduri f’emerġenza ---+Article 20 1. ---+Article 20 2. ---+Article 20 3. ---+Article 20 4. ---+Article 20 5. ---+Article 20 6. ---+Article 20 7. |
Artikolu 20 Proċeduri f’emerġenzaArtikolu 20 Proċeduri f’emerġenza 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jkollhom proċeduri attwati u jieħdu tali miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa, sabiex l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jirrilaxxaw malajr, b’mod effettiv u trasparenti l-ħażniet ta’ emerġenza jew il-ħażniet speċifiċi tagħhom kollha jew parti minnhom fil-każ ta’ interruzzjoni maġġuri tal-provvista, u li jimponu restrizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi fuq il-konsum f’konformità man-nuqqasijiet li jkunu stmati, fost l-oħrajn bl-allokazzjoni tal-prodotti petroliferi lil xi gruppi ta’ utenti fuq bażi prijoritarja. 2. F’kull ħin, l-Istati Membri għandu jkollhom pjani ta’ kontinġenza li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ interruzzjoni kbira tal-provvista u għandhom jipprevedu miżuri ta’ organizzazzjoni li għandhom jittieħdu biex jippermettu li dawk il-pjani jiġu implimentati. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar bil-pjan ta’ kontinġenza tagħhom u l-arranġamenti organizzattivi korrispondenti. 3. F’każ ta’ deċiżjoni internazzjonali effettiva għar-rilaxx tal-ħażniet li taffettwa Stat Membru wieħed jew aktar:
(a)
l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jużaw il-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi tagħhom sabiex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom taħt dik id-deċiżjoni. Kwalunkwe Stat Membru li jagħmel dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, sabiex din tkun tista’ ssejjaħ laqgħa tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni jew tikkonsulta l-membri tagħha permezz ta’ mezzi elettroniċi sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt ta’ dak ir-rilaxx;
(b)
il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jirrilaxxaw il-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi kollha tagħhom jew parti minnhom jew biex jieħdu miżuri oħrajn b’effett ekwivalenti kif meqjus adatt. Il-Kummissjoni tista’ taġixxi biss wara li tikkonsulta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni. 4. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni internazzjonali effettiva għar-rilaxx tal-ħażniet iżda meta jirriżultaw diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum jew tal-prodotti petroliferi lill-Komunità jew lil xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-AIE fejn applikabbli, u tikkoordina magħha skont il-każ, u torganizza konsultazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta’ xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. Meta Stat Membru jitlob konsultazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, din għandha ssir fi żmien mhux aktar minn erbat ijiem mit-talba, dment li l-Istat Membru ma jaqbilx li jkun hemm perijodu itwal. Abbażi tar-riżultati tal-eżami tas-sitwazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tkunx saret interruzzjoni maġġuri tal-provvista. Jekk jitqies li tkun saret interruzzjoni maġġuri tal-provvista, il-Kummissjoni għandha tawtorizza r-rilaxx tal-kwantitajiet kollha tal-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi jew ta’ parti minnhom li jkunu tqiegħdu tressqu għal dak l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati. 5. L-Istati Membri jistgħu jirrilaxxaw ħażniet ta’ emerġenza u ħażniet speċifiċi taħt il-livell minimu obbligatorju stabbilit minn din id-Direttiva f’ammonti li jkunu immedjatament meħtieġa għal rispons inizjali f’każijiet ta’ urġenza partikolari jew bħala soluzzjoni għall-kriżijiet lokali. F’każ ta’ tali rilaxx, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar l-ammont rilaxxat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. 6. Fil-każ li jiġu applikati l-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu b’mod temporanju livelli ta’ ħażniet aktar baxxi minn dawk stabbiliti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u, fejn applikabbli, f’koordinazzjoni mal-AIE, u partikolarment billi tieħu kont tas-sitwazzjoni fis-swieq internazzjonali taż-żejt u tal-prodotti petroliferi, skeda ta’ żmien raġonevoli li fiha l-Istati Membri għandhom jerġgħu jibnu l-ħażniet tagħhom sal-livelli minimi meħtieġa. 7. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu internazzjonali ieħor tal-Istati Membri kkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|