|
+ANNESS III |
ANNESS IIIANNESS III METODI GĦALL-KALKOLU TAL-LIVELL TA’ ĦAŻNIET MIŻMUMA Il-metodi li ġejjin għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-livell ta’ ħażniet: Mingħajr preġudizzju għall-każ ittrattat fl-Artikolu 4(3), l-ebda kwantità ma tista’ tingħadd bħala ħażna aktar minn darba; Il-ħażniet ta’ żejt mhux maħdum huma mnaqqsa b’4 %, li jikkorrispondi għar-rendiment medju ta’ nafta; Il-ħażniet ta’ nafta u ta’ prodotti petroliferi għall-imħażen marittimi internazzjonali mhumiex inklużi; Prodotti petroliferi oħra huma inklużi fl-ammont tal-ħażniet bl-użu ta’ wieħed miż-żewġ metodi mniżżlin hawn taħt. L-Istati Membri għandhom ikomplu jużaw il-metodu li jkunu għażlu matul is-sena kalendarja kkonċernata kollha. L-Istati Membri jistgħu:
(a)
jinkludu l-ħażniet l-oħra kollha tal-prodotti petroliferi identifikati fl-ewwel paragrafu tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 u jikkalkolaw l-ekwivalenti f'żejt mhux maħdum b'multiplikazzjoni tal-kwantitajiet b'fattur ta' 1,065; jew
(b)
jinkludu l-ħażniet tal-prodotti li ġejjin biss: gażolina għall-muturi, gażolina għall-avjazzjoni, karburant għall-ġettijiet tat-tip gażolina (karburant għall-ġettijiet tat-tip nafta jew JP4), karburant għall-ġettijiet tat-tip kerosin, kerosin ieħor, gażolju/żejt tad-diżil (fuel oil distillat) u fuel oil (b’kontenut għoli ta’ kubrit u b’kontenut baxx ta’ kubrit) u jikkalkolaw l-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum b’multiplikazzjoni tal-kwantitajiet b’fattur ta’ 1,2. Il-kalkolu jista’ jinkludi l-kwantitajiet miżmuma:
—
fit-tankijiet tar-raffineriji taż-żejt,
—
fit-terminals għall-merkanzija ta’ volum kbir,
—
fir-riżervi ta’ alimentazzjoni tal-pajpijiet taż-żejt,
—
fil-barkuni,
—
fit-tankers taż-żejt li jbaħħru tul il-kosta,
—
fit-tankijiet taż-żejt li jinsabu fil-portijiet,
—
fl-imħażen tal-bastimenti ta’ navigazzjoni interna,
—
fil-qiegħ tat-tankijiet,
—
fil-forma ta’ ħażniet għall-użu,
—
minn konsumaturi importanti għall-obbligu legali jew direttivi oħra tal-awtoritajiet.
Madankollu, dawk il-kwantitajiet ħlief għal dawk miżmuma fit-tankijiet tar-raffineriji, fit-tankijiet tal-ħżin għall-alimentazzjoni tal-pajpijiet taż-żejt jew f’terminals tal-merkanzija, ma jistgħux jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livelli tal-ħażniet speċifiċi fejn tali ħażniet jiġu kkalkolati separatament mill-ħażniet ta’ emerġenza. Il-kalkolu ma jista’ qatt jinkludi:
(a)
żejt mhux maħdum li jkun għadu ma ġiex prodott;
(b)
kwantitajiet miżmuma:
—
fil-pajpijiet taż-żejt,
—
fil-vaguni tat-tankijiet tal-ferrovija,
—
fl-imħażen tal-bastimenti tal-ibħra internazzjonali,
—
fil-pompi tal-petrol u l-ħwienet li jbiegħu bl-imnut,
—
minn konsumaturi oħra,
—
fit-tankers li jkunu fuq il-baħar,
—
fil-forma ta’ ħażniet militari.
Fil-kalkolu tal-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-kwantitajiet ta’ ħażniet kkalkolati kif imniżżla hawn fuq b’10 %. Dak it-tnaqqis japplika għall-kwantitajiet kollha inklużi f’kalkolu speċifiku. Madanakollu, l-ebda tnaqqis ta’ 10 % ma għandu japplika għall-kalkolu tal-livell ta’ ħażniet speċifiċi jew il-livelli tal-kategoriji differenti ta’ ħażniet speċifiċi fejn dawk il-ħażniet jew kategoriji jkunu kkunsidrati separatament mill-ħażniet ta’ emerġenza, partikolarment bil-ħsieb li tiġi vverifikata l-konformità mal-livelli minimi stabbiliti mill-Artikolu 9. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|