+Artikolu 15 Miżuri implimentattivi
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.
---+Artikolu 15 10.

Artikolu 15 Miżuri implimentattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Meta prodott jissodisfa l-kriterji msemmija taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jiġi kopert minn miżura implimentattiva jew b’ miżura ta’ awto-regolamentazzjoni skont il-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu. Tali miżuri implimentattivi, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
Artikolu 15 2.

Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej:

(a) 

il-prodott għandu jirrappreżenta volum sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ b’mod indikattiv ta’ aktar minn 200 000 unità f’sena fi ħdan il-Komunità skont il-figuri disponibbli l-aktar riċenti;

(b) 

meta jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq u/jew imħaddma, il-prodott għandu jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent fi ħdan il-Komunità, kif huwa speċifikat fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Komunità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE; u

(c) 

il-prodott għandu jirrappreżenta potenzjal sinifikanti għall-progress fir-rigward tal-impatt ambjentali mingħajr ma jġib miegħu spejjeż eċċessivi, billi jqis b’mod partikolari:

(i) 

in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità jew il-falliment tal-forzi tas-suq biex jindirizzaw il-kwistjoni b’mod xieraq; u

(ii) 

id-differenzi estensivi fil-prestazzjoni ambjentali fost il-prodotti disponibbli fis-suq b’funzjonalità ekwivalenti.

Artikolu 15 3.

Fil-preparazzjoni tal-abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet li jkun esprima l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) u tikkunsidra:

(a) 

il-prijoritajiet ambjentali tal-Komunità, bħal dawk imfassla fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE jew il-Programm Ewropew tal-Kummissjoni għall-Bidla fil-Klima (ECCP); u

(b) 

leġiżlazzjoni Komunitarja u awto-regolamentazzjoni relevanti, bħal ftehimiet volontarji, li, wara evalwazzjoni konformement mal-Artikolu 17, huma mistennija jilħqu l-għanijiet politiċi iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji.

Artikolu 15 4.

Fit-tħejjija ta’ abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, fost l-oħrajn l-effiċjenza fl-enerġija. Id-dettall tal-analiżi tal-aspetti ambjentali u tal-fattibilità tat-titjib għandhom ikunu proporzjonati mas-sinifikat tagħhom. M’għandux ikun hemm dewmien eċċessiv fl-adozzjoni ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi ta’ prodott minħabba inċertezzi dwar aspetti oħrajn;

(b) 

twettaq stima, li għandha tikkunsidra l-impatt ambjentali, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna fir-rigward tal-kompetittività, anke fir-rigward ta’ swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji;

(c) 

tikkonsidra il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;

(d) 

twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;

(e) 

tħejji memorandum ta’ spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura implimentattiva bbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fil-punt (b); u

(f) 

tiffissa data(i) ta’ implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f’diversi stadji, waqt li tikkunsidra b’mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna jew fuq gruppi ta’ prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minnhom stess.

Artikolu 15 5.

Il-miżuri implimentattivi għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;

(b) 

is-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv;

(c) 

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-konsumaturi b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott;

(d) 

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija;

(e) 

fil-prinċipju, l-iffissar ta’ rekwiżit għall-ekodisinn ma għandux ikollu l-konsegwenza li tiġi imposta fuq il-fabbrikanti xi teknoloġija proprjetarja; u

(f) 

ma għandux jitqiegħed piż amministrattiv żejjed fuq il-fabbrikanti.

Artikolu 15 6.
Il-miżuri implimentattivi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ekodisinn skont l-Anness I u/jew l-Anness II.

Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għall-ekodisinn għal aspetti ambjentali magħżula li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.

Il-miżuri implimentattivi jistgħu jipprevedu wkoll li ebda rekwiżit tal-ekodisinn ma jkun meħtieġ fir-rigward ta’ ċerti parametri speċifiċi tal-ekodisinn li għalihom issir referenza fil-Parti I tal-Anness I.

Artikolu 15 7.
Ir-rekwiżiti meħtieġa għandhom ikunu fformulati b’mod li jiggarantixxu li awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva. Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika jekk il-verifikazzjoni tistax tiġi ssir b’mod dirett fuq il-prodott jew inkella fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika.
Artikolu 15 8.
Il-miżuri implimentattivi għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness VII.
Artikolu 15 9.
Studji u analiżi relevanti li jintużaw mill-Kummissjoni biex tipprepara l-miżuri implimentattivi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-faċilità tal-aċċess u l-użu minn SMEs interessati.
Artikolu 15 10.
Fejn xieraq, miżura implimentattiva li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.