|
+Artikolu 15 4. |
Artikolu 15 4.Fit-tħejjija ta’ abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, fost l-oħrajn l-effiċjenza fl-enerġija. Id-dettall tal-analiżi tal-aspetti ambjentali u tal-fattibilità tat-titjib għandhom ikunu proporzjonati mas-sinifikat tagħhom. M’għandux ikun hemm dewmien eċċessiv fl-adozzjoni ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi ta’ prodott minħabba inċertezzi dwar aspetti oħrajn;
(b)
twettaq stima, li għandha tikkunsidra l-impatt ambjentali, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna fir-rigward tal-kompetittività, anke fir-rigward ta’ swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji;
(c)
tikkonsidra il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;
(d)
twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;
(e)
tħejji memorandum ta’ spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura implimentattiva bbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fil-punt (b); u
(f)
tiffissa data(i) ta’ implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f’diversi stadji, waqt li tikkunsidra b’mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna jew fuq gruppi ta’ prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minnhom stess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|