+DIRETTIVA 2009/126/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Stazzjonijiet ta’ servizz
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
---+Artikolu 4 Livell minimu għall-irkupru tal-fwar tal-petrol
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
---+Artikolu 5 Kontrolli perjodiċi u informazzjoni lill-konsumatur
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Pieni
---+Artikolu 7 Reviżjoni
---+Artikolu 8 Adattamenti tekniċi
---+Artikolu 8a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 8a 1.
------+Article 8a 2.
------+Article 8a 3.
------+Article 8a 4.
------+Article 8a 5.
------+Article 8a 6.
---+Artikolu 10 Traspożizzjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 12 Destinatarji
English - European Union - Energy - Environment -

DIRETTIVA 2009/126/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

DIRETTIVA 2009/126/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri bl-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ fwar tal-petrol li joħroġ fl-atmosfera waqt ir-riforniment tal-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. “petrol” tfisser petrol kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 94/63/KE;

2. “fwar tal-petrol” tfisser kwalunkwe kompost gassuż li jevaporaw mill-petrol;

3. “stazzjon ta’ servizz” tfisser stazzjon ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 94/63/KE;

4. “stazzjon ta’ servizz eżistenti” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat qabel l-1 ta’ Jannar 2012;

5. “stazzjon ta’ servizz ġdid” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara;

6. “Sistema għall-irkupru tal-fwar tat-tip Fażi II” tfisser tagħmir immirat għall-irkupru tal-fwar tal-petrol li jintilef mit-tank tal-karburant ta’ vettura waqt ir-riforniment tal-karburant fi stazzjon ta’ servizz u li jittrasferixxi dak il-fwar tal-petrol f’tank għall-ħżin fi stazzjon ta’ servizz jew lura fid-distributur tal-petrol biex jerġa’ jinbiegħ;

7. “l-effiċjenza fil-qbid tal-fwar tal-petrol” tfisser l-ammont ta’ fwar tal-petrol maqbud mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II paragunat mal-ammont ta’ fwar tal-petrol li joħroġ fl-atmosfera fin-nuqqas ta’ sistema bħal din u espress f’perċentwal;

8. “il-proporzjon fwar/petrol” tfisser il-proporzjon bejn il-volum fi pressjoni atmosferika tal-fwar tal-petrol li jgħaddi mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II u l-volum ta’ petrol li jkun ħareġ;

9. “il-fluss” tfisser it-total tal-kwantità annwali ta’ petrol li jinħatt mill-kontejners mobbli għal ġo stazzjon ta’ servizz.

Artikolu 3 Stazzjonijiet ta’ servizz

Artikolu 3

Stazzjonijiet ta’ servizz

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz ġdid għandu jkun mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II jekk:

(a) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew

(b) il-fluss reali jew maħsub tiegħu ikun akbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li jkun ser isir xogħol estensiv ta’ rinnovament fuqu għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II waqt il-proċess ta’ rinnovament jekk:

(a) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew

(b) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li għandu fluss li jaqbeż it-3 000 m3 fis-sena għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għall-istazzjonijiet ta’ servizz użati esklussivament b’rabta mal-bini u l-kunsinna ta’ vetturi ġodda bil-mutur.

Artikolu 4 Livell minimu għall-irkupru tal-fwar tal-petrol

Artikolu 4

Livell minimu għall-irkupru tal-fwar tal-petrol

▼M1

1.  B'effett mid-data meta s-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol ta' dawn is-sistemi tkun 85 % jew aktar bħalma jiċċertifika l-manifattur skont l-Istandard EN 16321-1:2013.

▼B

2.  B’effett mid-data li fiha s-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, fejn il-fwar irkuprat tal-petrol jiġi trasferit għal tank tal-ħżin fi stazzjon ta’ servizz, il-proporzjon tal-fwar/petrol għandu jkun daqs jew akbar minn 0,95 iżda inqas jew daqs 1,05.

Artikolu 5 Kontrolli perjodiċi u informazzjoni lill-konsumatur

Artikolu 5

Kontrolli perjodiċi u informazzjoni lill-konsumatur

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol tiġi ttestjata mill-inqas darba kull sena skont l-Istandard EN 16321-2:2013.

▼B

2.  Fejn ikun hemm sistema awtomatika ta’ monitoraġġ installata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol tiġi ttestjata mill-inqas darba kull tliet snin. Kull sistema awtomatika ta’ monitoraġġ bħal din għandha tirreġistra awtomatikament difetti fil-funzjonament xieraq tas-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II u fis-sistema awtomatika tal-monitoraġġ innifisha, tindika n-nuqqasijiet lill-operatur tal-istazzjon ta’ servizz u twaqqaf awtomatikament il-fluss tal-petrol mill-pompa difettuża jekk id-difett ma jiġix irranġat fi żmien sebat ijiem.

3.  Meta stazzjon ta’ servizz ikun installa sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan juri tabella, stiker jew avviż ieħor qrib il-pompa tal-petrol jew fuqu, li jinforma lill-konsumaturi dwar dan il-fatt.

Artikolu 6 Pieni

Artikolu 6

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2012 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 7 Reviżjoni

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari:

(a) il-limitu ta’ 100 m3 fis-sena msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) u (2)(b) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 94/63/KE;

(b) ir-rekord ta’ konformità waqt it-tħaddim tas-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II; u

(c) il-ħtieġa ta’ tagħmir awtomatiku ta’ monitoraġġ.

Għandha tirrapporta r-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tinkludi magħhom, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva.

▼M2

Artikolu 8 Adattamenti tekniċi

Artikolu 8

Adattamenti tekniċi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw l-Artikoli 4 u 5 sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku, fejn meħtieġ, sabiex tiżgura l-konsistenza ma’ kwalunkwe standard rilevanti mħejji mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tapplika għall-effikaċja tal-qbid tal-fwar tal-petrol u l-proporzjon ta’ fwar/petrol speċifikati fl-Artikolu 4 u għall-perijodi ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 5.

▼M2

Artikolu 8a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 10 Traspożizzjoni

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11 Dħul fis-seħħ

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12 Destinatarji

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.


( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0126
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.