|
+Artikolu 3 Stazzjonijiet ta’ servizz ---+Article 3 1. ---+Article 3 2. ---+Article 3 3. ---+Article 3 4. |
Artikolu 3 Stazzjonijiet ta’ servizzArtikolu 3 Stazzjonijiet ta’ servizz 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz ġdid għandu jkun mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II jekk: (a) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew (b) il-fluss reali jew maħsub tiegħu ikun akbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li jkun ser isir xogħol estensiv ta’ rinnovament fuqu għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II waqt il-proċess ta’ rinnovament jekk: (a) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew (b) il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li għandu fluss li jaqbeż it-3 000 m3 fis-sena għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għall-istazzjonijiet ta’ servizz użati esklussivament b’rabta mal-bini u l-kunsinna ta’ vetturi ġodda bil-mutur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|