|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: 1. “petrol” tfisser petrol kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 94/63/KE; 2. “fwar tal-petrol” tfisser kwalunkwe kompost gassuż li jevaporaw mill-petrol; 3. “stazzjon ta’ servizz” tfisser stazzjon ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 94/63/KE; 4. “stazzjon ta’ servizz eżistenti” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat qabel l-1 ta’ Jannar 2012; 5. “stazzjon ta’ servizz ġdid” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara; 6. “Sistema għall-irkupru tal-fwar tat-tip Fażi II” tfisser tagħmir immirat għall-irkupru tal-fwar tal-petrol li jintilef mit-tank tal-karburant ta’ vettura waqt ir-riforniment tal-karburant fi stazzjon ta’ servizz u li jittrasferixxi dak il-fwar tal-petrol f’tank għall-ħżin fi stazzjon ta’ servizz jew lura fid-distributur tal-petrol biex jerġa’ jinbiegħ; 7. “l-effiċjenza fil-qbid tal-fwar tal-petrol” tfisser l-ammont ta’ fwar tal-petrol maqbud mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II paragunat mal-ammont ta’ fwar tal-petrol li joħroġ fl-atmosfera fin-nuqqas ta’ sistema bħal din u espress f’perċentwal; 8. “il-proporzjon fwar/petrol” tfisser il-proporzjon bejn il-volum fi pressjoni atmosferika tal-fwar tal-petrol li jgħaddi mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II u l-volum ta’ petrol li jkun ħareġ; 9. “il-fluss” tfisser it-total tal-kwantità annwali ta’ petrol li jinħatt mill-kontejners mobbli għal ġo stazzjon ta’ servizz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|