|
+Artikolu 5 Taħriġ ---+Article 5 1. ---+Article 5 ►C12. ---+Article 5 3. |
Artikolu 5 TaħriġArtikolu 5 Taħriġ 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali, id-distributuri u l-konsulenti kollha jkollhom aċċess għal taħriġ xieraq minn korpi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti. Dan għandu jikkonsisti kemm minn taħriġ inizjali kif ukoll minn taħriġ addizzjonali biex tinkiseb il-konoxxenza u biex din il-konoxxenza tiġi aġġornata kif xieraq. It-taħriġ għandu jkun imfassal biex jiżgura li tali utenti, distributuri u konsulenti jiksbu konoxxenza suffiċjenti dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I, b’kont meħud tar-rwolijiet u r-responsabbiltajiet differenti tagħhom. ►C1 2. Sas-26 ta’ Novembru 2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ◄ sistemi ta’ ċertifikazzjoni u jindikaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iċ-ċertifikati għandhom, bħala minimu, jipprovdu evidenza ta’ konoxxenza suffiċjenti tas-suġġetti elenkati fl-Anness I miksub minn utenti professjonali, distributuri u konsulenti jew permezz ta’ taħriġ jew permezz ta’ mezzi oħrajn. Is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jinkludu rekwiżiti u proċeduri għall-għoti, it-tiġdid u l-irtirar ta’ ċertifikati. 3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness I sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|