+ANNESS IV

ANNESS IV

ANNESS IV

TAQSIMA 1

Indikaturi tar-Riskju Armonizzati

L-indikaturi tar-riskju armonizzati huma elenkati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta' dan l-Anness.

TAQSIMA 2

Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1: Indikatur tar-Riskju Armonizzat ibbażat fuq il-Periklu, abbażi tal-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009

1.

Dan l-indikatur għandu jkun ibbażat fuq l-istatistika dwar il-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mogħtija lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont l-Anness I (Statistika dwar it-tqegħid fis-suq ta' pestiċidi) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009. Dik id-data hija kategorizzata f'erba' Gruppi, li huma maqsuma f'seba' Kategoriji.

2.

Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1:

(a) l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kategorizzazzjoni ta' sustanzi attivi fl-erba' Gruppi u fis-seba' Kategoriji stabbiliti fit-Tabella 1;

(b) is-sustanzi attivi fil-Grupp 1 (il-kategoriji A u B) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 8 );

(c) is-sustanzi attivi fil-Grupp 2 (il-kategoriji C u D) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(d) is-sustanzi attivi fil-Grupp 3 (il-kategoriji E u F) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(e) is-sustanzi attivi fil-Grupp 4 (il-kategorija G) għandhom ikunu dawk li ma jkunux ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(f) il-ponderazzjonijiet fir-ringiela (vi) fit-Tabella 1 għandhom japplikaw.

3.

L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tal-kwantitajiet annwali ta' sustanzi attivi li jitqiegħdu fis-suq għal kull Grupp fit-Tabella 1 bil-ponderazzjoni ta' periklu rilevanti stabbilit fir-Ringiela vi, segwita bl-aggregazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-kalkoli.

4.

Il-kwantitajiet ta' sustanzi attivi li jitqiegħdu fis-suq għal kull Grupp u Kategorija fit-Tabella 1 jistgħu jiġu kkalkulati.



Tabella 1

Il-kategorizzazzjoni tas-sustanzi attivi u l-ponderazzjonijiet tal-periklu bl-għan li jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1

Ringiela

Gruppi

1

2

3

4

(i)

Is-sustanzi attivi b'riskju baxx li huma approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li mhumiex f'kategoriji oħra, u li huma elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma kandidati għas-sostituzzjoni, u li huma elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi li mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(ii)

Kategoriji

(iii)

A

B

C

D

E

F

G

(iv)

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Li ma jkunux ikklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali

Li jkunu kklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, fejn l-espożizzjoni tal-bnedmin tkun negliġibbli

 

(v)

Ponderazzjonijiet tal-Periklu applikabbli għall-kwantitajiet ta' sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009

(vi)

1

8

16

64

5.

Il-linja bażi għall-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandha tiġi stabbilita għal 100, u hija ugwali għar-riżultat medju tal-kalkolu ta' hawn fuq għall-perjodu mill-2011 sal-2013.

6.

Ir-riżultat tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 għandu jkun espress b'referenza għal-linja bażi.

7.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1 b'konformità mal-Artikolu 15(2) u 15(4) tad-Direttiva 2009/128/KE għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn 20 xahar wara tmiem is-sena li għaliha qed jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1.

TAQSIMA 3

Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2: L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

1.

Dan l-indikatur għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 kif ikkomunikat lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 53(1) ta' dak ir-Regolament. Dik id-data hija kategorizzata f'erba' Gruppi, li huma maqsuma f'seba' Kategoriji.

2.

Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2:

(a) l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dan għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-kategorizzazzjoni ta' sustanzi attivi fl-erba' Gruppi u fis-seba' Kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 ta' din it-Taqsima;

(b) is-sustanzi attivi fil-Grupp 1 (il-kategoriji A u B) huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(c) is-sustanzi attivi fil-Grupp 2 (il-kategoriji C u D) huma dawk elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(d) is-sustanzi attivi fil-Grupp 3 (il-kategoriji E u F) għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(e) is-sustanzi attivi fil-Grupp 4 (il-kategorija G) għandhom ikunu dawk li ma jkunux ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011;

(f) Il-ponderazzjonijiet fir-ringiela (vi) fit-Tabella 2 ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw.

3.

L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jiġi kkalkulat billi n-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal kull Grupp fit-Tabella 2 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tal-periklu rilevanti stabbilita fir-Ringiela (vi), segwit bl-aggregazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-kalkoli.



Tabella 2

Il-kategorizzazzjoni tas-sustanzi attivi u l-ponderazzjonijiet tal-periklu bl-għan li jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2

Ringiela

Gruppi

1

2

3

4

(i)

Is-sustanzi attivi b'riskju baxx li huma approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma elenkati fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li mhumiex f'kategoriji oħra, u li huma elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi approvati jew meqjusa bħala approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u li huma kandidati għas-sostituzzjoni, u li huma elenkati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Is-sustanzi attivi li mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(ii)

Kategoriji

(iii)

A

B

C

D

E

F

G

(iv)

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Mikroorganiżmi

Sustanzi attivi kimiċi

Li ma jkunux ikklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali

Li jkunu kklassifikati bħala:

Karċinoġeni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni tal-Kategorija 1 A jew 1B

u/jew

Sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fejn l-espożizzjoni tal-bnedmin tkun negliġibbli

 

(v)

Ponderazzjonijiet tal-Periklu applikabbli għan-numru ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

(vi)

1

8

16

64

4.

Il-linja bażi għall-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandha tiġi stabbilita għal 100, u hija ugwali għar-riżultat medju tal-kalkolu ta' hawn fuq għall-perjodu mill-2011 sal-2013.

5.

Ir-riżultat tal-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 għandu jkun espress b'referenza għal-linja bażi.

6.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2 b'konformità mal-Artikolu 15(2) u 15(4) tad-Direttiva 2009/128/KE għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn 20 xahar wara tmiem is-sena li għaliha qed jiġi kkalkulat l-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 2.


( 1 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

( 3 ) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

( 4 ) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

( 5 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 6 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 7 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 8 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0128
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.